Matul Novembru, kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija ssir quddiesa b’suffraġju għall-mejtin kollha. Dawk li jixtiequ jistgħu jiktbu l-ismijiet tal-għeżież tagħhom fuq il-formoli li ssibu ħdejn il-bibien tal-Knisja u jqiegħduhom fil-qoffa quddiem l-altar. Id-donazzjonijiet li jkun hemm imorru fil-fond tal-karità tal-parroċċa.

Nhar il-Ħadd 6 ta’ Novembru ssir quddiesa bit-tberik tal-oqbra fl-4.00pm fiċ-ċimiterju.