Nhar it-Tnejn 24 ta’ April issir it-tieni laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li sa jirċievu l-Ewwel Tqarbina fis-7.15pm fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Nhar it-Tlieta 25 ta’ April ikompli kors ta’ formazzjoni fis-7.30pm fid-Dar Parrokkjali.

Nhar l-Erbgħa 26 ta’ April Lectio Divina fis-7.30pm.

Nhar il-Ħamis 20 ta’ April issir Adorazzjoni Ewkaristika fis-7.30pm.

Nhar il-Ħadd 30 ta’ April niċċelebraw Jum il-Vokazzjonijiet. Għalhekk bejn is-7.00am u l-10.00am u bejn is-6.00pm u s-7.00pm issir Adorazzjoni Ewkaristika bħala talba għal aktar vokazzjonijiet għall-ħajja saċerdotali u reliġjuża.

Nhar it-Tnejn l-1 ta’ Mejju sa jsir seminar għall-Operaturi Pastorali tal-parroċċa. Inħeġġu lill-operaturi pastorali biex jinkitbu għal din il-laqgħa sa nhar it-Tnejn 24 ta’ April filwaqt li nirringrazzjawhom tas-servizz tagħhom fil-parroċċa.

Bejn it-18 u t-22 ta’ Lulju sa jsir pellegrinaġġ għal Assisi, il-belt ta’ San Franġisk. Dawk li huma interessati jingħaqdu magħna għandhom ikellmu lill-patrijiet mill-aktar fis.