Il-komunità tal-patrijiet tawgura lill-parruċċani u lil dawk kollha li jiffrekwentaw din il-knisja Għid qaddis.

Nirringrazzjaw minn qalbna lil dawk kollha li matul il-ġimgħa mqaddsa għinu f’dak kollu li kien meħtieġ biex niċċelebraw kif jixraq il-festi tal-Għid.

Matul il-Ġimgħa li ġejja l-Knisja tiċċelebra l-Għid permezz tal-Ottava. Tkun ħaġa sabiħa li nieħdu sehem fil-quddiesa kuljum biex inkomplu niggustaw l-imħabba ta’ Alla għalina u nifhmu dak li rċevejna.

Minn nhar is-Sibt 23 ta’ April 2022 terġa’ tibda ssir quddiesa fil-Knisja tal-Lunzjata fis-Salina kull nhar ta’ Sibt fil-5.00pm.

Nhar il-Ħadd 24 ta’ April 2022, festa tal-Ħniena Divina, issir Adorazzjoni Ewkaristika bejn is-6.00pm u s-7.00pm