Nhar l-Erbgħa 19 ta’ Ġunju sa jkollna fostna membri tal-parroċċa tal-Fontana Għawdex fil-quddiesa tas-7pm. Inġeddu r-rabta spiritwali bejnietna u nġeddu l-konsagrazzjoni tagħna lill-Qalb ta’ Ġesù u l-affidament lill-Qalb ta’ Marija.

Nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju sa jsir il-pellegrinaġġ tal-parroċċa tagħna lejn il-Fontana Għawdex. Nitilqu minn quddiem il-Knisja fl-4pm. Min jixtieq jingħaqad magħna għandu jkellem lill-kappillan sa nhar it-Tlieta.

Nhar is-Sibt 22 ta’ Ġunju ssir Festa Familja fuq iz-zuntier mit-8pm ‘il quddiem.

Nhar il-Ħadd 23 ta’ Ġunju fit-8.30am isir il-Ħruġ tal-Vara min-niċċa.

Fil-5.30pm issir quddiesa bl-Ewwel Tqarbina tat-tfal u minnufih wara ssir purċissjoni b’Ġesù Sagramentat madwar it-toroq tal-parroċċa fil-Festa ta’ Corpus Christi. Dakinhar il-quddiesa tas-7pm ma ssirx.

Minn ħdejn il-bibien tal-Knisja tistgħu tieħdu envelope li fih tinġabar l-offerta tagħkom għall-Festa fil-Knisja. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom.

Dawk li jixtiequ joffru bukkett fjuri biex tiżżejjen il-knisja fil-festa għandhom iħallu isimhom fis-sagristija flimkien mal-ħlas ta’ €35.

Matul din il-ġimgħa nitolbu l-għajnuna ta’ dawk li jistgħu joffru ftit mill-ħin tagħhom nhar it-Tlieta fil-Knisja mid-9am ‘il quddiem biex jitnaddfu xi oġġetti li jintramaw fil-knisja fil-festa u nhar il-Ħamis fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Il-membri tal-Leġjun ta’ Marija jħabbru li sa jinfetaħ praesidium tat-tfal. Dawk it-tfal li jixtiequ jingħaqdu ma’ dan il-grupp ikellmu lil xi membru tal-Leġjun.