Avviżi – l-1 ta’ Frar 2025

Illum, niċċelebraw il-Festa tal-Preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-tempju (il-Gandlora). Fil-quddiesa tal-10am jsir it-tberik tax-xemgħa. Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Frar issir Lectio Divina fid-dar parrokkjali fis-6.45pm. Nhar il-Ħamis 6 ta’ Frar issir Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm. Nhar it-Tnejn 10 ta’ Frar niċċelebraw il-Festa ta’ San Pawl. Hija Festa Kkmandata bl-obbligu tal-parteċipazzjoni fil-quddiesa. Il-Ħinijiet tal-quddies ikunu bħal tal-Ħadd: fis-6.00am, … [Read more…]

Avviżi – 12 ta’ Jannar 2025

Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Jannar nerġgħu nibdew il-mixja tal-Lectio Divina fid-dar parrokkjali fis-6.45pm. Fil-ġimgħat li ġejjin sa nirriflettu fuq l-Ittra lill-Galatin. Nhar il-Ħamis 16 ta’ Jannar issir Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm. Nhar is-Sibt 18 ta’ Jannar infakkru l-54 sena mit-twaqqif tal-parroċċa tagħna. Fil-quddiesa tas-6.15pm nirringrazzjaw lill-Mulej għall-mixja tal-parroċċa tagħna. Nhar is-Sibt 25 ta’ Jannar il-Kummissjoni Festa … [Read more…]

Avviżi – 22 ta’ Diċembru 2024

Illum wara l-quddiesa tal-10am issir il-purċissjoni b’ Ġesù Bambin. Wara jingħata rigal ċkejken lit-tfal kollha. Nhar it-Tnejn 23 ta’ Diċembru nagħlqu n-Novena tal-Milied b’ċelebrazzjoni penitenzjali bil-qrar fil-knisja fis-6.15pmNhar it-Tlieta 24 ta’ Diċembru ssir quddiesa waħda fil-Knisja ta’ San Mikiel fl-Imdawra fil-5.30am għad-dawl tax-xemgħa.Il-knisja parrokkjali tiftaħ fl-10.30pm u fil-11.00pm tibda l-Velja b’riflessjoni mmexxija miż-żgħażagħ u bil-prietka tradizzjonali. … [Read more…]