Eżerċizzi għall-Familja Kollha

Wasalna biex nibdew ir-Randan. Nistednukom għal żewġ appuntamenti importanti fil-bidu ta’ dan ir-Randan. 

Nhar l-Erbgħa 26 ta’ Frar, l-Erbgħa tal-Irmied, ikollna l-quddiesa fis-6.15pm fil-Knisja.

Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Frar, laqgħa Spiritwali għall-familja kollha (ara l-poster t’hawn taħt). 

Tkun ħaġa sabiħa li niltaqgħu. 

 

Avviżi 1 ta’ Diċembru 2019

Matul il-jiem li għaddew tqassam fuljett fid-djar li fih il-programm tal-avvent u l-milied fil-parroċċa tagħna. Dawk li ma joqgħodux fil-parroċċa u jixtiequ jkollhom din l-informazzjoni jistgħu jieħdu kopja minn ħdejn il-bibien tal-knisja.

Nhar il-Ħamis issir Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm fil-knisja.

Nhar il-Ġimgħa ssir Lectio Divina fis-6.45pm fil-knisja.

Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru sa ssir laqgħa ta’ diskussjoni b’forma ta’ mistoqsija u tweġiba dwar ir-reliġjon u l-fidi tagħna. Din issir fid-9am fil-Crying room u tkun miftuħa għal kulħadd. Din il-laqgħa sa tibda ssir fl-ewwel Ġimgħa ta’ kull xahar.

Minħabba li nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar ikollna l-qrar fil-Knisja bejn il-5.50am u s-6.15am u bejn is-5.45 u s-6.15pm. Min ikun jixtieq iqerr f’xi ħin ieħor jista’ jagħmel appuntament ma’ wieħed mill-patrijiet.

Nhar il-Ħadd 8 ta’ Diċembru il-quddiesa tal-10am sa tkun animata bil-kant mill-kor Harmonia Mundi mill-Italja bħala parti mill-Festival internazzjonali tal-korijiet.

Niġbdu l-attenzjoni li l-envelop li tqassam fid-djar biex tingħata donazzjoni tal-Milied lill-parroċċa mhux sa jinġabar bieb bieb iżda għandu jinġieb il-knisja jew jintbgħat bil-posta.

Illum il-membri tal-Kummissjoni festa sa jagħmlu ġabra bieb bieb għall-Festa u sa jkunu qed jorganizzaw High Tea fiċ-Ċentru Parrokkjali fit-3.30pm