Avviżi – 15 ta’ Diċembru 2024

Il-Ħadd 15 ta’ Diċembru sa jkollna fostna lill-Arċisqof. Dakinhar il-quddiesa tkun fid-9.15am minflok fl-10.00am. Tkun ħaġa sabiħa li nkunu preżenti biex niċċelebraw l-Ewkaristija flimkien mar-ragħaj spiritwali tagħna. Mil-lum sal-Milied niċċelebraw in-Novena kuljum fil-quddiesa tas-6.15pm. Wara l-quddiesa jkun hemm riflessjoni qasira marbuta mal-Ġublew li sa jibda dalwaqt. It-Tnejn 16 ta’ Diċembru fis-6.45pm issir ċllebrazzjoni ta’ smigħ … [Read more…]

Avviżi 21 ta’ Lulju 2024

Nistiednu lill-ġenituri tat-tfal li jattendu għall-katekeżi għal laqgħa li sa ssir nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Lulju 2024 fis-7.30pm fid-Dar Parrokkjali (141, Triq Burmarrad) F’din il-laqgħa sa nevalwaw is-sena li għaddiet u nippjanaw il-mixja tat-tfal għas-sena 2024-2025. Huma mistiedna anki dawk li sa jibdew il-katekeżi din is-sena u dak li kienu qed jattendu f’xi ċentru ieħor … [Read more…]

Avviżi – 23 ta’ Ġunju 2024 – Il-Ġimgħa tal-Festa

Matul din il-ġimgħa niċċelebraw il-Festa Titulari fil-parroċċa tagħna. Nistednukom biex ningħaqdu flimkien bħala komunità, nisimgħu l-Kelma ta’ Alla, niċċelebraw l-Ewkaristija u naqsmu ma’ xulxin il-ferħ tal-ħajja Nisranija. Illum, il-Ħadd 23 ta’ Ġunju nibdew il-Festa Titulari bil-ħruġ min-niċċa tal-vara titulari wara l-quddiesa tas-7.00pm. Eżatt wara ssir laqgħa għal dawk li sa jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Festa. L-attendenza … [Read more…]