Avviżi – 25 ta’ Lulju 2021

It-Tnejn 26 ta’ Lulju 2021 sa ssir il-professjoni sempliċi ta’ fra Mauro Zammit fil-Knisja tagħna. Inkomplu nitolbu għal aktar vokazzjonijiet għall-ħajja reliġjuża. Dawk li jixtiequ jattendu għall-quddiesa ta’ nhar it-Tnejn fis-7pm għandhom ikellmu lill-patrijiet sal-lum minħabba li l-ispazju huwa limitat ħafna u d-dħul huwa ristrett għal dawk li jkollhom bbukkjaw biss. Dawk li ma jilħqux … [Read more…]

Avviżi – 20 ta’ Ġunju 2021

Matul il-ġimgħa li ġejja sa nkunu qed niċċelebraw il-Festa Titulari f’ġieħ il-Qalb bla tebgħa ta’ Marija. Din hija okkażjoni biex flimkien bħala komunità nisranija, fuq l-eżempju ta’ Ommna Marija, nagħmlu mixja spiritwali. Nistednukom biex tingħaqdu magħna f’din iċ-ċelebrazzjoni tal-fidi tagħna. Mit-Tnejn sal-Ġimgħa kuljum nitolbu r-Rużarju u l-Kurunella fis-6.30pm u niċċelebraw il-Quddiesa fis-7pm. It-Tnejn, tkun Quddiesa … [Read more…]

Avviżi – 30 ta’ Mejju 2021

Il-Ħamis 3 ta’ Ġunju wara l-quddiesa tas-7pm issir Adorazzjoni Ewkaristika fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Corpus Domini – Il-Ġisem u d-Demm Imqaddes ta’ Ġesù. Tkun ħaġa sabiħa li, għalkemm din is-sena ma nistgħux nagħmlu l-purċissjoni b’Ġesù Sagramentat, ngħaddu ftit ħin fit-talb u l-adorazzjoni flimkien. Il-Ħadd 6 ta’ Ġunju grupp ta’ tfal mill-parroċċa tagħna sa jirċievu l-Ewwel Tqarbina. … [Read more…]