Avviżi – Id-9 ta’ Marzu 2025

Il-Ħadd 9 ta’ Marzu – l-aħħar jum tal-Kwaranturi. Quddiesa fis-6.00am, Espożizzjoni ta’ Ġesù Sagramentat u Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum. L-Adorazzjoni Ewkaristika tkompli fis-skiet sad-9.30am. Fl-10.00am Quddiesa.
Fis-6.00pm Espożizzjoni ta’ Ġesù Sagramentat, fis-6.30pm Rużarju mmeditat u Barka Sagramentali. Fis-7.00pm Quddiesa.
 
Nhar it-Tnejn 10 ta’ Marzu jibda kors ta’ Eżerċizzi Spiritwali għal kulħadd fis-7.30pm. Dawn il-laqgħat sa jsiru kull nhar ta’ Tnejn fid-Dar Parrokkjali u jitmexxew mis-Sur Leli Catania SDC. Fl-istess ħin ikun hemm laqgħa għat-tfal li jiġu mal-ġenituri tagħhom.
 
Nhar l-Erbgħa 12 ta’ Marzu Lectio Divina fis-6.45pm fid-Dar Parrokkjali.
 
Nhar il-Ħamis 13 ta’ Marzu Corda Pia fis-6.45pm fil-Knisja. F’din iċ-ċelebrazzjoni Franġiskana naduraw il-pjagi ta’ Ġesù u nfakkru l-pjagi ta’ Missierna San Franġisk u d-duluri tal-Verġni Marija.
 
Nhar is-Sibt 15 ta’ Marzu sa jsir irtir tar-Randan organizzat flimkien mal-Parroċċi tal-Qawra u San Pawl il-Baħar bejn id-9.15am u 12.30pm fil-knisja tal-Manikata. Min sa jieħu sehem għandu jħalli ismu fis-sagristija sa nhar l-Erbgħa.
 
Nhar il-Ħadd 16 ta’ Marzu wara l-quddiesa tal-10.00am ikun hemm attività għat-tfal li tgħinhom jidħlu fl-ispirtu tar-Randan.
 
Il-Kummissjoni Festa sa torganizza Burger Delivery b’risq il-Festa nhar is-Sibt 15 ta’ Marzu filgħaxija. L-ordnijiet isiru mal-membri tal-Kummissjoni jew fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Festa sa nhar l-Erbgħa.