Fi tmiem il-ġimgħa ssir il-ġabra speċjali tax-xahar għall-bżonnijiet tal-Knisja u l-parroċċa. Nirringrazzjawkom tal-għajnuna ġeneruża tagħkom.
It-Tnejn 1 ta’ Novembru niċċelebraw il-Festa tal-Qaddisin kollha. Il-quddies ikun fil-5.30am u fis-6.15pm. Nistiednu lit-tfal biex fil-quddiesa tas-6.15pm iġibu magħhom stampa ta’ xi qaddis li jkunu jafu xi ħaġa żgħira fuq ħajtu biex flimkien insiru nafu aktar lill-qaddisin.
It-Tlieta 2 ta’ Novembru, it-Tifkira tal-Mejtin kollha, il-quddies fil-parroċċa tagħna jkun fil-5.30am, fis-7.00am u fis-6.15pm.
Il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Il-Knisja tkun miftuħa għat-talb fis-skiet bejn it-8.00 u l-11.00am.
Matul ix-xahar ta’ Novembru il-quddiesa tal-Ġimgħa filgħaxija tkun b’suffraġju għall-mejtin li tistgħu tħallu isimhom fuq il-formola li ssibu ħdejn il-bieb tal-Knisja. Fiċ-ċimiterju ssir quddiesa kull nhar ta’ Ġimgħa fil-11.30am.
Mis-Sibt 6 ta’ Novembru l-qrar qabel il-quddies tas-Sibt u l-Ħadd sa jerġa’ jibda jsir fuq wara tal-knisja. Hija ħaġa sabiħa li niċċelebraw ta’ sikwit dan is-sagrament li jerġa’ jħabbibna ma’ Alla.
Il-Ħadd 7 ta’ Novembru fl-4.00pm issir quddiesa fiċ-ċimiterju.
Mil-lum reġa’ beda jkun stampat il-fuljett Jum il-Mulej. Tistgħu tieħdu kopja minn ħdejn il-bieb tal-Knisja bħala għajnuna għar-riflessjoni fuq il-Kelma ta’ Alla fi djarna.
Nistiednu t-tfal jingħaqdu mal-kor li sa jkun iffurmat biex ikanta fil-festi tal-Milied. Biex ikun aktar faċli jieħdu sehem il-provi sa jsiru għal ftit ħin wara l-quddiesa tal-10.00am ta’ nhar ta’ Ħadd mis-7 ta’ Novembru 2021.