Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Novembru ssir Lectio Divina fis-6.45pm.
Nhar il-Ħamis 30 ta’ Novembru ssir Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm.
Is-Sibt 2 ta’ Diċembru sa jsir irtir bi tħejjija għall-avvent fil-Knisja tal-Manikata bejn id-9.15am u n-12.30pm. F’nofsinhar ikun hemm xi ħaġa tal-ikel għal kulħadd għalhekk min sa jattendi għandu jħalli ismu fis-sagristija. Dan l-irtir huwa organizzat flimkien mal-parroċċi ta’ San Pawl il-Baħar u l-Qawra.
Is-Sibt 2 ta’ Diċembru fis-7.15pm sa jsir kunċert fil-Knisja tagħna bħala parti mill-Festival Internazzjonali tal-Korijiet. Id-dħul hu b’xejn u kulħadd huwa mistieden.
Il-Ħadd 3 ta’ Diċembru huwa l-ewwel Ħadd tal-Avvent. Matul l-avvent, wara l-quddiesa tal-10.00am sa ssir attività bi tħejjija għall-Milied għat-tfal kollha.
Fil-jiem li ġejjin sa titqassam kartolina tal-Milied bil-programm tal-Avvent u l-Milied fid-djar kollha tal-parroċċa. Dawk li jistgħu jgħinu fit-tqassim ikellmu lill-patrijiet.