It-Tnejn 26 ta’ Lulju 2021 sa ssir il-professjoni sempliċi ta’ fra Mauro Zammit fil-Knisja tagħna. Inkomplu nitolbu għal aktar vokazzjonijiet għall-ħajja reliġjuża. Dawk li jixtiequ jattendu għall-quddiesa ta’ nhar it-Tnejn fis-7pm għandhom ikellmu lill-patrijiet sal-lum minħabba li l-ispazju huwa limitat ħafna u d-dħul huwa ristrett għal dawk li jkollhom bbukkjaw biss. Dawk li ma jilħqux post jistgħu jsegwu ċ-ċelebrazzjoni fuq il-paġna ta’ facebook.
Il-Ħamis 29 ta’ Lulju, bi tħejjija għall-Ordinazzjoni Djakonali ta’ fra Robert Calleja sa ssir laqgħa qasira li fiha nifhmu aħjar il-ministeru u l-irwol tad-djaknu fil-knisja. Din il-laqgħa sa ssir fis-7.30pm fil-Knisja.