Minn ħdejn il-bieb tal-knisja tistgħu takkwistaw larinġ, mandolin u grapefruit li nqata’ mill-ġnien tal-kunvent. Min jixtieq jieħu minn dan il-frott iħalli l-għotja libera tiegħu għall-parroċċa.
Nhar il-Ħamis 27 ta’ Novembru ssir Adorazzjoni Ewkaristika bejn is-6.45pm u s-7.15pm.
Nhar is-Sibt 29 ta’ Novembru sa jsir irtir bi tħejjija għall-Avvent fil-knisja ta’ Selmun bejn id-9am u n-12.30pm. Min jixtieq jieħu sehem għandu jħalli ismu fis-sagristija.
Nhar ta’ Sibt filgħaxija, matul l-Avvent, issir iċ-ċelebrazzjoni tal-Għasar (it-talba ta’ filgħaxija) fis-6.00pm, qabel il-quddiesa tas-6.15pm. Il-qrar ikun bejn il-5.30pm u s-6.00pm.
Nhar il-Ħadd 30 ta’ Novembru, wara l-quddiesa tal-10.00am sa ssir attività għat-tfal kollha. Il-ġenituri huma mistiedna jieħdu sehem ukoll ma’ uliedhom.
Matul din il-ġimgħa tqassmu kartolini bil-programm tal-Avvent u l-Milied fid-djar kollha tal-parroċċa. Dawk li ma joqgħodux fil-parroċċa tagħna imma jiffrekwentaw din il-knisja huma mistiedna jieħdu kopja minn ħdejn il-bibien tal-knisja.
