It-Tnejn, 24 ta’ Marzu ikompli kors ta’ Eżerċizzi Spiritwali għal kulħadd fis-7.30pm. Dawn il-laqgħat sa jsiru kull nhar ta’ Tnejn fid-Dar Parrokkjali u jitmexxew mis-Sur Leli Catania SDC.
It-Tlieta, 25 ta’ Marzu hija l-Festa tat-Tħabbira tal-Mulej. Il-quddiesa tas-6.15pm issir fil-Knisja tal-Lunzjata, Is-Salina minflok fil-knisja parrokkjali.
L-Erbgħa, 26 ta’ Marzu fis-6.45pm issir Lectio Divina fuq l-Ittra lir-Rumani fid-Dar Parrokkjali.
Il-Ħamis, 27 ta’ Marzu fis-6.45pm issir il-Qima lill-Wiċċ ta’ Kristu ispirata mill-kitbiet ta’ San Ġorġ Preca.
Il-Ġimgħa, 28 ta’ Marzu fil-5.00pm it-tfal imexxu l-Via Sagra.
Is-Sibt, 29 ta’ Marzu niċċelebraw l-Għasar (it-talba ta’ filgħaxija) fis-6.00pm qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija.
It-Tnejn, 31 ta’ Marzu sa ssir ħarġa għal Għawdex għall-familji kollha. Booking fis-sagristija. Fadal l-aħħar ftit postijiet.
Il-Ħamis 3 ta’ April sa ssir żjara lir-Redentur fil-Bażilka tal-Isla. Min jixtieq jiġi għandu jinkiteb fis-sagristija sal-lum.
Il-Kummissjoni Festa qed tilqa’ l-ordnijiet għall-kwareżimal u l-figolli b’risq il-Festa.
![]() |
![]() |