Avviżi – 22 ta’ Ġunju 2025

Matul din il-ġimgħa niċċelebraw il-Festa Titulari fil-parroċċa tagħna. Nistednukom biex ningħaqdu flimkien bħala komunità, nisimgħu l-Kelma ta’ Alla, niċċelebraw l-Ewkaristija u naqsmu ma’ xulxin il-ferħ tal-ħajja Nisranija.

  • Nhar it-Tlieta 24 ta’ Ġunju P. Ugolin Xerri sa jfakkar is-60 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali fil-quddiesa tas-7.00pm.
  • Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Ġunju fis-6.30pm nitolbu r-rużarju u l-kurunella u fis-7.00pm quddiesa tal-ewwel jum tat-Tridu. Fi tmiem il-quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi u t-tfal lill-Madonna.
  • Nhar il-Ħamis 26 ta’ Ġunju fis-6.30pm nitolbu r-rużarju u l-kurunella u fis-7.00pm quddiesa tat-tieni jum tat-Tridu. Nitolbu għall-morda u l-anzjani. Dawk li jixtiequ jirċievu s-Sagrament tad-Dilka tal-Morda jinfurmaw lill-patrijiet sa nhar it-Tlieta. Wara l-quddiesa ssir nofs siegħa Adorazzjoni Ewkaristika.
  • Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Ġunju fis-6.30pm nitolbu r-rużarju u l-kurunella u fis-7.00pm quddiesa tat-tielet jum tat-Tridu. Nitolbu għall-koppji u l-familji. Huma mistiedna b’mod partikulari l-koppji li sa jiżżewġu, dawk li żżewġu fl-aħħar sena u dawk li qed jiċċelebraw xi anniversarju speċjali taż-żwieġ.
  • Nhar is-Sibt 28 ta’ Ġunju, lejlet il-Festa, it-traslazzjoni tibda fis-6.00pm. Mal-wasla fil-Knisja għas-6.30pm jibda l-Ewwel Għasar. Fis-7.00pm quddiesa.
  • Nhar il-Ħadd 29 ta’ Ġunju, jum il-Festa, il-quddies ikun fis-6.00am, fl-10.00am u fis-6.00pm. Fid-9.30am niċċelebraw it-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum qabel il-quddiesa Solenni tal-10.00am. Fi tmiem il-quddiesa tingħata tifkira lil dawk li rċevew il-Griżma tal-Isqof u l-Ewwel Tqarbina din is-sena. Wara l-quddiesa tal-10.00am kulħadd mistieden fid-Dar Parrokkjali għal riċeviment żgħir.
  • Fis-7.00pm jibda t-Tieni Għasar Solenni u wara toħroġ il-purċissjoni li tgħaddi minn dawn it-toroq: Burmarrad, San Pawl Milqi, San Ġwanni Pawlu II, Magħsar u Burmarrad lejn il-Knisja. Fl-ewwel parti tal-purċissjoni nitolbu r-rużarju. Napprezzaw il-kooperazzjoni mal-pulizija biex fit-toroq tal-purċissjoni jitneħħew il-karozzi.
  • Nhar il-Ħamis, il-Ġimgħa u s-Sibt filgħaxija sa jkun hawn saċerdot minn barra l-parroċċa għall-Qrar. F’dawn il-jiem, marbuta mal-Festa Liturġika tal-Qalb bla tebgħa ta’ Marija min iżur u jitlob fil-knisja tagħna jista’ jirċievi l-Indulġenza Plenarja marbuta mal-Ġublew.

Matul il-ġimgħa tal-Festa tkun meħtieġa l-għajnuna għat-tindif u l-armar tal-Knisja b’mod partikulari nhar it-Tlieta u l-Erbgħa filgħodu. Kull għajnuna tkun apprezzata.

Ħdejn il-bibien tal-Knisja ssibu envelopes li fihom tistgħu tpoġġu l-offerta tagħkom bħala għajnuna għall-ispejjeż tal-festa. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.

Dawk li jixtiequ jagħmlu l-offerta tagħhom għall-arranġamenti tal-fjuri fil-knisja għandhom iħallu isimhom flimkien mad-donazzjoni fis-sagristija sal-lum.

Nawguraw il-Festa t-tajba lil kulħadd.