Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Novembru issir Lectio Divina fis-6.45pm.
Nhar il-Ħamis 23 u l-Ġimgħa 24 ta’ Novembru sa ssir l-Assemblea Djoċesana bejn is-6.30pm u t-8.30pm fiċ-ĊAK Birkirkara.
Matul ix-xahar ta’ Novembru, kull nhar ta’ Ġimgħa, il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun b’suffraġju għall-mejtin kollha li jkun hemm isimhom fuq il-fuljetti li tistgħu tieħdu minn ħdejn il-bibien tal-Knisja. Id-donazzjonijiet kollha li jkun hemm mal-fuljetti jmorru fil-fond tal-karità tal-parroċċa.
Il-Kummissjoni Festa sa jkollha biskuttini għall-bejgħ b’risq il-festa. Tistgħu tordnaw għand il-membri tal-Kummissjoni jew fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Festa.
Is-Sibt 2 ta’ Diċembru sa jsir irtir bi tħejjija għall-avvent fil-Knisja tal-Manikata bejn id-9.15am u n-12.30pm. F’nofsinhar ikun hemm xi ħaġa tal-ikel għal kulħadd għalhekk min sa jattendi għandu jħalli ismu fis-sagristija. Dan l-irtir huwa organizzat flimkien mal-parroċċi ta’ San Pawl il-Baħar u l-Qawra.
Fis-7.15pm sa jsir kunċert fil-Knisja tagħna bħala parti mill-Festival Internazzjonali tal-Korijiet. Id-dħul hu b’xejn u kulħadd huwa mistieden.