Nhar it-Tlieta 20 ta’ Frar jibda kors ta’ Eżerċizzi Spiritwali għar-Randan immexxi minn P. Paul Darmanin OFM Conv. Dawn l-erba’ laqgħa sa jsiru kull nhar ta’ Tlieta fit-8.00pm fid-Dar Parrokkjali. Waqt il-laqgħat għall-adulti jkun hemm ukoll laqgħa oħra għat-tfal.
Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Frar tkompli l-mixja ta’ smigħ tal-Kelma ta’ Alla fil-Lectio Divina li ssir fis-6.45pm.
Nhar il-Ħamis 22 ta’ Frar fis-6.45pm issir iċ-ċelebrazzjoni Franġiskana tal-Corda Pia li fiha naduraw il-pjagi ta’ Ġesù filwaqt li nqimu t-tifkira tal-Verġni Marija Addolorata u l-pjagi ta’ San Franġisk. Din is-sena nfakkru t-800 sena minn meta San Franġisk irċieva l-pjagi.
Nhar is-Sibt 24 ta’ Frar sa jsir irtir tar-Randan fil-Knisja ta’ Selmun bejn id-9.15am u nofsinhar. Minħabba li nispiċċaw bl-ikel flimkien, dawk li ġejjin għandhom iħallu isimhom fis-sagristija sa nhar l-Erbgħa.
Nhar ta’ Sibt filgħaxija fis-6.00pm nitolbu l-Għasar (it-talba ta’ filgħaxija tal-Knisja)
Nhar is-Sibt 24 ta’ Frar filgħaxija l-Kummissjoni Festa qed torganizza Pasta Night fiċ-Ċentru Pastorali b’riżq il-Festa. Bookings għand il-membri tal-Kummissjoni jew fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Festa.