Il-Ħamis u l-Ġimgħa, 21 u 22 ta’ Novembru sa ssir l-Assemblea Djoċesana fiċ-ĊAK Birkirkara fis-6.30pm. Għalhekk għal din il-ġimgħa biss ma jsirx l-Adorazzjoni Ewkaristika u l-Lectio Divina.
Il-Ħadd, 24 ta’ Novembru niċċelebraw il-Festa ta’ Kristu Re. Fil-5pm isir pellegrinaġġ djoċesan minn ħdejn il-monument ta’ Kristu Re il-Furjana.
Is-Sibt, 30 ta’ Novembru sa jsir irtir bi tħejjija għall-avvent mid-9 sa nofsinhar fil-Knisja ta’ Selmun. Min jixtieq jiġi jħalli ismu fis-sagristija matul din il-ġimgħa.
Matul l-Avvent li jibda mill-Ħadd, 1 ta’ Diċembru sa jibda jkollna quddiesa fl-10am fil-parroċċa. Ma’ din il-quddiesa sa tkun marbuta attività u jingħata rigal lit-tfal preżenti kull nhar ta’ Ħadd. Il-ħinijiet tal-quddies tal-Ħadd ikunu dawn: 6am, 10am u 6.15pm.
Tnediet paġna ġdida fuq Facebook bl-isem “Footsteps Burmarrad” li hija ddedikata għall-informazzjoni dwar l-attivitajiet għat-tfal li jsiru fil-parroċċa.