Kull nhar ta’ Ħadd matul l-avvent, wara l-quddiesa tal-10.00am sa ssir attività għat-tfal bi tħejjija għall-Milied. Il-ġenituri huma mistiedna jieħdu sehem ma’ uliedhom. Ikun hemm kafè u xi ħaġa tajba.
Nhar it-Tnejn 18 ta’ Diċembru fis-6.45pm issir iċ-ċelebrazzjoni tal-għanjiet tal-Milied. Ngħixu mill-ġdid l-Istorja tas-Salvazzjoni permezz tal-għanjiet tradizzjonali tal-Milied u siltiet mill-Bibbja.
Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Diċembru mument ta’ smigħ tal-Kelma ta’ Alla fl-Evanġelju permezz tal-Lectio Divina fis-6.45pm.
Nhar il-Ħamis 21 ta’ Diċembru ssir Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm
Nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Diċembru issir Ċelebrazzjoni Penitenzjali bil-qrar fis-6.15pm
Nhar is-Sibt 23 ta’ Diċembru mit-8.30am ’il quddiem sa jsir it-tindif u l-armar tal-Knisja għall-Milied. Kull għajnuna tkun apprezzata aħna u nħejju għall-milied.
Nhar il-Ħadd 24 ta’ Diċembru fid-9.30am issir id-dimostrazzjoni bil-bambin Tluq miċ-ċentru parrokkjali, mal-wasla fil-Knisja tibda l-quddiesa tal-10.00am u wara jingħata rigal lit-tfal kollha preżenti.
Fl-24 ta’ Diċembru ma ssir il-quddiesa tas-6.15pm. Filgħaxija l-Knisja tiftaħ fl-10.30pm. Fil-11.00pm tibda l-velja mmexxija mill-grupp taż-żgħażagħ u ssir il-prietka tradizzjonali.
Nhar it-Tnejn 25 ta’ Diċembru f’nofsillejl tibda l-Quddiesa Solenni tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Il-quddies fil-jum tal-Milied ikun f’12.00am, fl-10.00am u fis-6.15pm.
Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Diċembru fis-6.00pm sa ssir it-tifkira tal-presepju li San Franġisk għamel għall-ewwel darba 800 sena ilu billi aħna wkoll nerġgħu nagħmlu l-esperjenza ta’ Greccio. Id-dettalji jingħataw fil-jiem li ġejjn.