Avviżi – 16 ta’ Marzu 2025

Nhar il-Ħadd 16 ta’ Marzu wara l-quddiesa tal-10.00am ikun hemm attività għat-tfal li tgħinhom jidħlu fl-ispirtu tar-Randan.
 
Nhar it-Tnejn 17 ta’ Marzu ikompli kors ta’ Eżerċizzi Spiritwali għal kulħadd fis-7.30pm. Dawn il-laqgħat sa jsiru kull nhar ta’ Tnejn fid-Dar Parrokkjali u jitmexxew mis-Sur Leli Catania SDC.
 
Nhar l-Erbgħa 19 ta’ Marzu hija l-Festa ta’ San Ġużepp. Il-quddies ikun fil-5.10am u fis-6.15pm. Fis-6.45pm issir Lectio Divina fuq l-Ittra lir-Rumani fid-Dar Parrokkjali.
 
Nhar il-Ħamis 20 ta’ Marzu issir Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm fil-Knisja.
 
Nhar is-Sibt 22 ta’ Marzu niċċelebraw l-Għasar (it-talba ta’ filgħaxija) fis-6.00pm qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija.
 
Nhar it-Tnejn 31 ta’ Marzu sa ssir ħarġa għal Għawdex għall-familji kollha. Booking fis-sagristija.
 
Nhar il-Ħamis 3 ta’ April sa ssir żjara lir-Redentur fil-Bażilka tal-Isla. Min jixtieq jiġi għandu jinkiteb fis-sagristija mill-aktar fis.
 
Il-Kummissjoni Festa qed tilqa’ l-ordnijiet għall-kwareżimal u l-figolli b’risq il-Festa.

Ara l-programm sħiħ tar-Randan u l-Għid billi tikklikkja hawn: Randan Għid 2025