Nhar l-Erbgħa 19 ta’ Ġunju ssir il-Lectio Divina fis-7.30pm
Nhar il-Ħamis 20 ta’ Ġunju ssir Adorazzjoni Ewkaristika fis-7.30pm.
Nhar is-Sibt 22 ta’ Ġunju fit-8.30pm sa ssir Festa Familja fuq iz-zuntier organizzata b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali. Ikun hemm ikel bnin u serata animata minn Tonio Vella l-Majsi, Fabrizio Faniello u Marthese Coppini.
Nhar il-Ħadd 23 ta’ Ġunju tibda l-ġimgħa tal-Festa Titulari bil-ħruġ tal-vara min-niċċa fi tmiem il-quddiesa tas-7.00pm.
Dawk li jixtiequ jagħmlu l-offerta tagħhom biex isiru l-fjuri fil-Knisja fi żmien il-Festa għandhom iħallu isimhom flimkien mal-għotja tagħhom fis-sagristija.
Ħdejn il-bibien tal-knisja ssibu envelopes li fihom tistgħu tpoġġu d-donazzjoni tagħkom għall-Festa. Nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom biex ikunu jistgħu jitħallsu l-ispejjeż kbar li ġġib magħha l-Festa. Infakkru biex ma jitħallewx envelopes fil-kaxxi tal-ittri.
Dawk li jixtiequ jagħmlu l-offerta tagħhom biex isiru l-fjuri fil-Knisja fi żmien il-Festa għandhom iħallu isimhom flimkien mal-għotja tagħhom fis-sagristija.