Il-Ħadd 15 ta’ Diċembru sa jkollna fostna lill-Arċisqof.

Dakinhar il-quddiesa tkun fid-9.15am minflok fl-10.00am. Tkun ħaġa sabiħa li nkunu preżenti biex niċċelebraw l-Ewkaristija flimkien mar-ragħaj spiritwali tagħna.

Mil-lum sal-Milied niċċelebraw in-Novena kuljum fil-quddiesa tas-6.15pm. Wara l-quddiesa jkun hemm riflessjoni qasira marbuta mal-Ġublew li sa jibda dalwaqt.

It-Tnejn 16 ta’ Diċembru fis-6.45pm issir ċllebrazzjoni ta’ smigħ tal-Kelma ta’ Alla bil-kant tal-għanjiet tal-Milied.

Il-Ħadd 22 ta’ Diċembru, wara l-quddiesa tal-10.00am, issir il-purċissjoni bil-bambin mat-toroq tar-raħal. Wara l-purċissjoni t-tfal kollha jingħataw rigal ċkejken.

Taħt is-siġra tal-Milied hemm xi qfief vojta biex fihom iħallu dak li jista’ jkun meħtieġ minn persuni fil-bżonn. Hekk matul in-novena tal-Milied inkunu nistgħu nuru b’mod konkret l-imħabba lejn l-aħwa.

Ħdejn il-bibien tal-knisja ssibu wkoll envelopes li fihom tistgħu tpoġġu l-offerta tagħkom lill-parroċċa għal żmien il-Milied. Grazzi tal-ġenerożità li turu biex jitħallsu l-ispejjeż tal-festi tal-Milied.

Ara l-programm kollu tal-Milied.