Nhar it-Tlieta 12 ta’ Marzu ssir l-aħħar laqgħa mill-kors ta’ Eżerċizzi Spiritwali għar-Randan immexxi minn P. Paul Darmanin OFM Conv. Waqt il-laqgħat għall-adulti jkun hemm ukoll laqgħa oħra għat-tfal.
Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Marzu tkompli l-mixja ta’ smigħ tal-Kelma ta’ Alla fil-Lectio Divina li ssir fis-6.45pm.
Nhar il-Ħamis 14 ta’ Marzu fis-6.45pm issir Adorazzjoni Ewkaristika fil-Knisja.
Nhar is-Sibt 2 ta’ Marzu fis-6.00pm nitolbu l-Għasar (it-talba ta’ filgħaxija tal-Knisja).
Nhar il-Ħadd 18 ta’ Marzu -lejlet festa pubblika – sa ssir laqgħa ta’ Eżerċizzi Spiritwali għal kulħadd f’forma ta’ seminar immexxi mis-Sur Mario Muscat SDC fis-7.30pm fid-Dar Parrokkjali. Ikun hemm ħin ta’ riflessjoni u wara nieklu xi ħaġa flimkien. Ikun hemm laqgħa għat-tfal ukoll.
Ħdejn il-bieb tal-Knisja ssibu envelopes li fihom tistgħu tpoġġu l-għotja ta’ karità ta’ dan ir-Randan għall-ikel li l-Kċina ta’ Marta tipprovdi lil nies fil-bżonn f’Malta. Dan tistgħu ġġibuhom magħkom il-Knisja fil-ġimgħat li ġejjin. Flus kontanti m’għandhomx jitħallew fil-kaxxa tal-ittri tal-kunvent jew tal-Uffiċċju Parrokkjali.
Il-Kummissjoni Festa qed tilqa’ l-ordinijiet tal-figolli b’riżq il-Festa. Booking għand il-membri tal-Kummissjoni jew fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Festa.
Minħabba li dawk li jgħinu fit-tindif tal-Knisja mhux dejjem ikunu jistgħu jiltaqgħu fl-istess ħin biex jagħtu s-servizz tagħhom, qed nistiednu lil dawk li jixtiequ jgħinu biex jagħtu d-dettalji tagħhom lill-patrijiet biex jinħoloq mezz ta’ komunikazzjoni bejn dawk li qed jgħinu u hekk kulħadd ikun jista’ joffri l-għajnuna fil-ħinjiet li jista’. Kull ftit għajnuna tagħmel differenza u għalhekk dawk li sa jagħtu d-dettalji tagħhom m’għandhomx iħossuhom obbligati li jiġu għal ħafna ħin jew bilfors. Dan qed isir biex inkunu nistgħu nikkordinaw aħjar il-ħidma li ssir. Grazzi mill-qalb lil kull min jgħin.