Kull nhar ta’ Ħadd matul l-avvent, wara l-quddiesa tal-10.00am sa ssir attività għat-tfal bi tħejjija għall-Milied. Il-ġenituri huma mistiedna jieħdu sehem ma’ uliedhom. Ikun hemm kafè u xi ħaġa tajba.
Nhar it-Tnejn 11 ta’ Diċembru sa jsir festin tal-Milied għal kulħadd (kemm parruċċani u anki dawk li jiffrekwentaw il-parroċċa tagħna) biex naqsmu l-ferħ ta’ dan iż-żmien bħala komunità. Dan sa jsir fiċ-Ċentru Parrokkjali (Triq P. Wistin Magro) fis-7.00pm. Kulħadd mistieden.
Nhar it-Tlieta 12 ta’ Diċembru il-Franġiskani kollha f’Malta sa jfakkru t-800 sena minn meta San Franġisk għamel l-ewwel presepju fi Greccio. Dan sa jsir f’mument ta’ talb fil-Knisja tal-Qawra fis-6.00pm.
Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Diċembru mument ta’ smigħ tal-Kelma ta’ Alla fl-Evanġelju permezz tal-Lectio Divina fis-6.45pm.
Nhar il-Ħamis 14 ta’ Diċembru ssir Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm
Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Diċembru tibda n-novena tal-Milied. Wara l-quddiesa tas-6.15pm ikun hemm riflessjoni qasira li tħejjina spiritwalment għall-Milied. Kuljum jittellgħu xi rigali għat-tfal preżenti.
Nhar is-Sibt 16 ta’ Diċembru nistednukom tingħaqdu magħna fid-dar parrokkjali fis-7.15pm fejn sa jintwera film dwar il-ġrajja tal-Milied u wara nieklu pizza flimkien.
Matul din il-ġimgħa l-Mulej sejjaħ fil-mewt lil Ċensu Bonnici. Il-funeral sa jsir nhar it-Tnejn fis-2.00pm. Filgħaxija ma ssirx il-quddiesa tas-6.15pm.