Matul ix-xahar ta’ Mejju il-membri tal-Leġjun ta’ Marija sa jkunu qed jitolbu r-rużarju fil-kjostru tal-kunvent kull nhar ta’ Tlieta fis-6.30pm. Kulħadd mistieden.
Nhar l-Erbgħa 4 ta’ Mejju ssir Lectio Divina fuq is-Silta tal-Evanġelju tal-Ħadd fis-7.30pm
Nhar il-Ħamis 5 ta’ Mejju ssir Adorazzjoni Ewkarisika fis-7.30pm.
Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju sa ssir laqgħa għall-ġenituri ta’ dawk li sa jirċievu s-Sagrament tal-Griżma. Din il-laqgħa sa ssir fil-Knisja fis-6.00pm. Dakinhar ir-rużarju jkun fil-kjostru tal-kunvent.
Nhar il-Ħadd 8 ta’ Mejju huwa jum l-omm u l-Knisja tiċċelebra wkoll jum il-vokazzjonijiet. Dakinhar sa jsiru għadd ta’ attivitajiet għall-familja kollha mill-10.00am ’il quddiem. Hija Ġurnata speċjali li fiha niltaqgħu biex naqsmu ħajjitna flimkien. F’ambjent sabiħ ta’ familja niskopru aktar dwar xulxin u nifhmu aħjar il-vokazzjonijiet differenti fi ħdan il-komunità nisranija. (Ara l-programm)
Tkun apprezzata kull għajnuna fil-preparazzjoni ta’ din l-attività nhar il-Ġimgħa u s-Sibt. Dawk li jistgħu joffru ftit ħin jinfurmaw lill-patrijiet.