Avviżi 3 ta’ Novembru 2019

Nhar il-Ħadd 3 ta’ Novembru ssir quddiesa fiċ-Ċimiterju u t-tberik tal-oqbra fl-4.00pm. F’każ ta’ maltemp il quddiesa ssir fil-Knisja ta’ Burmarrad. Fiċ-ċimiterju jkun hemm quddiesa kull nhar ta’ Erbgħa, Ġimgħa u Ħadd fil-11.30am fix-xahar ta’ Novembru. Sa ssir laqgħa għal-letturi u l-animaturi tal-liturġija. Din tkun miftuħa għal dawk kollha li jagħtu s-servizz tagħhom fil-liturġija u … [Read more…]

Avviżi 26 ta’ Ottubru 2019

Illum jibda l-ħin tax-xitwa għalhekk immexxu l-arloġġi siegħa lura. Il-quddiesa ta’ filgħaxija fil-Knisja Parrokkjali tkun kuljum fis-6.15pm filwaqt li fil-Knisja tal-Lunzjata s-Salina tkun nhar ta’ Sibt fil-5.00pm. Nhar il-Ħamis 31 ta’ Ottubru, lejlet il-Festa tal-Qaddisin kollha sa ssir attività għat-tfal u l-adolexxenti tal-parroċċa. Fil-5pm niltaqgħu quddiem il-Knisja biex induru t-toroq u nitolbu għotjiet ta’ ikel … [Read more…]

Avviżi 20 ta’ Ottubru 2019

  Illum il-Knisja tiċċelebra l-ġurnata missjunarja hija u tiftakar fis-sejħa li jagħmlilna l-Mulej li nwasslu l-kelma tiegħu lid-dinja kollha. Għalhekk il-ġabra li sa ssir tmur għall-missjonijiet tal-Knisja madwar id-dinja. Il-membri tal-Kummissjoni Festa qegħdin ibiegħu ħelu u pjanti fuq iz-zuntier b’riżq il-festa. Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Ottubru fl-okkażjoni tat-800 anniversarju miż-żjara ta’ San Franġisk lis-Sultan Malik … [Read more…]