It-Tnejn 12 ta’ Mejju issir it-tielet laqgħa tal-kors dwar il-Lingwaġġ Simboliku fil-Quddiesa fis-7.30pm fid-Dar Parrokkjali.
It-Tlieta 13 ta’ Mejju sa ssir Ċelebrazzjoni Marjana għat-tfal fil-MUSEUM ta’ San Pawl il-Baħar bejn il-5.15pm u s-7.00pm.
L-Erbgħa 14 ta’ Mejju tkompli l-Lectio Divina fuq il-Ktieb tal-Apokalissi ta’ San Ġwann fis-7.30pm fid-Dar Parrokkjali.
Il-Ħamis 15 ta’ Mejju jsir it-tberik ta’ Triq il-Magħsar, Triq ir-Rumani u Triq Papa Ġwanni Pawlu II. Fis-7.00pm nitolbu r-rużarju flimkien fi Triq ir-Rumani.
Il-Ġimgħa 16 ta’ Mejju jsir it-tberik ta’ Triq il-Knisja, Triq Burmarrad (mill-Knisja sa Dwieli) u Triq Toni Camilleri. Fis-7.00pm nitolbu r-rużarju flimkien fil-ġnien tal-Kunvent.
Il-Ħamis u l-Ġimgħa, il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun fis-6.15pm minflok fis-7.00pm minħabba t-tberik. Il-Knisja tiftaħ fis-6.00pm.
Il-Kummissjoni Festa qed tilqa’ l- bookings għall-Burger Delivery Night li sa ssir is-Sibt 17 ta’ Mejju.