Illum, niċċelebraw il-Festa tal-Preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-tempju (il-Gandlora). Fil-quddiesa tal-10am jsir it-tberik tax-xemgħa.
Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Frar issir Lectio Divina fid-dar parrokkjali fis-6.45pm.
Nhar il-Ħamis 6 ta’ Frar issir Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm.
Nhar it-Tnejn 10 ta’ Frar niċċelebraw il-Festa ta’ San Pawl. Hija Festa Kkmandata bl-obbligu tal-parteċipazzjoni fil-quddiesa. Il-Ħinijiet tal-quddies ikunu bħal tal-Ħadd: fis-6.00am, fl-10.00am u fis-7.00pm. Il-quddiesa tal-10.00am ssir fil-Knisja ta’ San Pawl Milqi. Minħabba l-importanza ta’ dan il-post għall-Parroċċa tagħna, Mons. Arċisqof għoġbu jagħti l-Indulġenza Plenarja marbuta mas-Sena tal-Ġublew lil min jieħu sehem f’da il-pellegrinaġġ lejn l-għeruq tal-fidi tagħna. Wieħed għandu jitlob il-Missierna, il-Kredu u s-Salve Regina u jqerr u jitqarben fl-istess ġimgħa.
Matul din il-ġimgħa jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja. Aktar tagħrif jinsab fuq www.knisja.mt