Illum wara l-quddiesa tal-10am issir il-purċissjoni b’ Ġesù Bambin. Wara jingħata rigal ċkejken lit-tfal kollha.
Nhar it-Tnejn 23 ta’ Diċembru nagħlqu n-Novena tal-Milied b’ċelebrazzjoni penitenzjali bil-qrar fil-knisja fis-6.15pm
Nhar it-Tlieta 24 ta’ Diċembru ssir quddiesa waħda fil-Knisja ta’ San Mikiel fl-Imdawra fil-5.30am għad-dawl tax-xemgħa.
Il-knisja parrokkjali tiftaħ fl-10.30pm u fil-11.00pm tibda l-Velja b’riflessjoni mmexxija miż-żgħażagħ u bil-prietka tradizzjonali. F’nofsillejl tibda l-quddiesa.
Nhar l-Erbgħa 25 ta’ Diċembru, jum il-Milied, il-quddies ikun fl-10am u fis-7pm.
Nhar il-Ħadd 29 ta’ Diċembru niċċelebraw il-Festa tal-Familja Mqaddsa. Isir il-ftuħ tal-Ġublew fl-Arċidjoċesi tagħna fil-5pm mir-Rabat għall-Katidral tal-Imdina.
Taħt is-siġra tal-Milied hemm xi qfief vojta biex fihom iħallu dak li jista’ jkun meħtieġ minn persuni fil-bżonn. Hekk matul in-novena tal-Milied inkunu nistgħu nuru b’mod konkret l-imħabba lejn l-aħwa.
Ħdejn il-bibien tal-knisja ssibu wkoll envelopes li fihom tistgħu tpoġġu l-offerta tagħkom lill-parroċċa għal żmien il-Milied. Grazzi tal-ġenerożità li turu biex jitħallsu l-ispejjeż tal-festi tal-Milied.
Nhar il-Ġimgħa 3 ta’ Jannar sa ssir ħarġa għat-tfal. Dawk li jixtiequ jiġu għadhom iħallu isimhom fis-sagristija biex jirċievu d-dettalji kollha.