Nhar it-Tlieta 31 ta’ Ottubru sa ssir attività marbuta mal-festa tal-Qaddisin. Fil-4.45pm niltaqgħu fuq iz-zuntier u nitqassmu biex niġbru oġġetti tal-ikel u ħelu mid-djar li mbagħad jingħataw lil nies fil-bżonn. Wara l-quddiesa tas-6.15pm isir festin għal dawk li jkunu ħadu sehem fil-bitħa tal-kunvent. It-tfal jistgħu jilbsu bħall-qaddis favorit tagħhom. Kulħadd mistieden.
Nhar l-Erbgħa 1 ta’ Novembru niċċelebraw il-Festa tal-Qaddisin kollha. Wara l-quddiesa tas-6.15pm issir Lectio Divina.
Nhar il-Ħamis 2 ta’ Novembru nagħmlu t-Tifkira tal-mejtin kollha. Il-quddies ikun fil-5.30am u fis-6.15pm. Wara l-quddiesa ssir Adorazzjoni Ewkaristika.
Matul ix-xahar ta’ Novembru, kull nhar ta’ Ġimgħa, il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun b’suffraġju għall-mejtin kollha li jkun hemm isimhom fuq il-fuljetti li tistgħu tieħdu minn ħdejn il-bibien tal-Knisja. Id-donazzjonijiet kollha li jkun hemm mal-fuljetti jmorru fil-fond tal-karità tal-parroċċa.
Nhar il-Ħadd 5 ta’ Novembru ssir quddiesa fiċ-ċimiterju fl-4.00pm. Matul ix-xahar ta’ Novembru ċ-ċimiterju jkun miftuħ kuljum bejn is-7.30am u l-4.00pm.
Wara li ntemm il-Kapitlu Provinċjali tal-Patrijiet P. Christian Borg kien ikkonfermat bħala kappillan għall-erba’ snin li ġejjin filwaqt li P. Allister Aquilina sa jkompli jservi bħala viċi-kappillan tal-parroċċa tagħna.