Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Diċembru tibda n-novena tal-Milied fil-quddiesa tas-6.15pm. Fil-jiem li m’hemmx ċelebrazzjonijiet oħra indikati fil-programm sa jintwera filmat qasir wara l-quddiesa.
Nhar l-Erbgħa fis-6.45pm nisimgħu u nifhmu l-Kelma ta’ Alla fiċ-ċelebrazzjoni tal-Lectio Divina.
Nhar is-Sibt 18 ta’ Diċembru mis-St. Monica Vocal Ensamble fil-Knisja fis-7.15pm. Kulħadd huwa mistieden jattendi għal dan il-kunċert biex permezz tal-mużika nidħlu fl-ispirtu tal-Milied.
Qed issir lotterija b’rigali sbieħ tal-Milied. Tistgħu takkwistaw il-biljetti intom u ħerġin mill-Knisja.
Id-dħul fil-Knisja għall-quddiesa ta’ Nofsillejl tal-Milied sa jkun bil-biljett biex min jixtieq jiġi jkun jaf li sa jsib post fil-Knisja. Dawk li jixtiequ jieħdu sehem għandhom jitolbu biljett lill-patrijiet. Jekk xi ħadd ikun ħa biljett u ma jkunx sa jiġi għandu javża biex dak il-post ikun jista’ jingħata lil ħaddieħor.