Illum tibda l-katekeżi tat-tfal permezz tal-quddiesa tal-10am. Id-dettalji kollha flimkien mal-materjal marbut mal-katekeżi jinsabu fuq il-paġna ta’ Facebook “Footsteps Burmarrad”.
Sa jsiru żewġ laqgħat għal-letturi u l-animaturi tal-kant fil-quddies tal-parroċċa tagħna. Dawn sa jsiru nhar it-Tnejn 20 ta’ Settembru fis-7.30pm u nhar il-Ħadd 26 ta’ Settembru fil-11.00am. Dawk li diġà jagħtu dan is-servizz u dawk li jixtiequ jibdew għandhom jiġu għal waħda minn dawn il-laqgħat li huma importanti biex wieħed ikun jista’ jagħti dan is-servizz fil-liturġija bl-aħjar mod possibbli.
Matul il-ġimgħa li ġejja l-patrijiet Franġiskani Konventwali sa jkunu qed jiċċelebraw il-Kapitlu Provinċjali biex jirriflettu fuq il-ħajja tagħhom u jagħrfu dak li l-Mulej qiegħed isejħilhom biex jagħmlu. Inżommu lill-patrijiet fit-talb tagħna.
Nirringrazzjaw lil Patri Robert Calleja għall-preżenza u s-servizz tiegħu fil-parroċċa matul is-sajf. Nitolbu għalih u nixtiequlu kull ġid huwa u jkompli l-istudju f’Ruma.