Illum jibda l-ħin tas-sajf għalhekk il-quddiesa ta’ filgħaxija tibda tkun kuljum fis-7.00pm.

It-Tnejn 31 ta’ Marzu ikompli kors ta’ Eżerċizzi Spiritwali għal kulħadd fis-7.30pm. Dawn il-laqgħat sa jsiru kull nhar ta’ Tnejn fid-Dar Parrokkjali u jitmexxew mis-Sur Leli Catania SDC.
L-Erbgħa 2 ta’ April fis-7.30pm issir Lectio Divina fuq l-Ittra lir-Rumani fid-Dar Parrokkjali.
Il-Ħamis 3 ta’ April sa ssir żjara lir-Redentur fil-Bażilka tal-Isla. Fadal biss l-aħħar ftit postijiet, min jixtieq jista’ jinkiteb fis-sagristija.
Fis-7.30pm issir Adorazzjoni Ewkaristika.
Is-Sibt 5 ta’ April niċċelebraw l-Għasar (it-talba ta’ filgħaxija) fis-6.45pm qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija.