Avviżi – 22 ta’ Ottubru 2023

Matul din il-ġimgħa l-Patrijiet Franġiskani Konventwali sa jkunu qed jiċċelebraw it-tieni parti tal-Kapitlu Provinċjali. Nitolbu għall-Patrijiet biex f’dawn il-jiem jagħarfu r-rieda ta’ Alla għalihom f’dan il-mument partikulari.
Għalhekk għal din il-ġimgħa biss bejn nhar it-Tlieta u l-Ġimgħa sa ssir quddiesa waħda fis-6.15pm biss. Filgħodu jintalab ir-Rużarju fil-5.30am, filgħaxija t-talba tar-rużarju tkun fis-5.50pm u l-quddiesa fis-6.15pm. Din il-ġimgħa ma jsirux il-Lectio Divina u l-Adorazzjoni Ewkaristika.
 
Nhar it-Tlieta 24 ta’ Ottubru l-membri tal-Leġjun ta’ Marija sa jitolbu r-Rużarju fi Triq l-Insolja fil-5.00pm.
 

Avviżi – 15 ta’ Ottubru 2023

Nhar it-Tlieta 17 ta’ Ottubru nissieħbu mal-Insara fl-Art Imqaddsa u madwar id-dinja f’ġurnata ta’ talb u sawm għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni.

Il-membri tal-Leġjun ta’ Marija sa jitolbu r-Rużarju fi Triq Manwel Bonnici fil-5.00pm.

Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Ottubru issir Lectio Divina fis-6.45pm. Kulħadd mistieden.

Nhar il-Ħamis 19 ta’ Ottubru issir Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm.

Sa jkun hemm biskuttini għall-bejgħ b’risq il-Festa. Min jixtieq jista’ jordna fuq il-paġna ta’ Facebook, Festa Qalb bla tebgħa ta’ Marija Burmarrad.

Avviżi – 8 ta’ Ottubru 2023

Nhar it-Tlieta 10 ta’ Ottubru l-membri tal-Leġjun ta’ Marija sa jitolbu r-Rużarju fi Triq P. Wistin Magro quddiem iċ-Ċentru Pastorali fil-5.00pm.

Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Ottubru jibdew il-laqgħat ta’ Katekeżi għat-tfal tal-year1 fl-4.30pm fiċ-Ċentru Pastorali tal-Qawra (ħdejn il-Knisja).

Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Ottubru issir Lectio Divina fis-6.45pm. Kulħadd mistieden.

Nhar il-Ħamis 12 ta’ Ottubru niċċelebraw il-Festa tal-Beatu Carlo Acutis, il-qaddis żagħżugħ li fil-Knisja tagħna għandna relikwa tiegħu. Dakinhar din tkun esposta għall-qima fil-Knisja. Fis-6.15pm niċċelbraw il-Quddiesa u wara ssir Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm. Il-Beatu Carlo Acutis kien devot ħafna tal-Ewkaristija u kuljum kien jgħaddi ħin ta’ Adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat.