L-Erbgħa, 10 ta’ Frar – Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl

Nhar l-Erbgħa 10 ta’ Frar infakkru n-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta. Din is-sena mhux possibbli niċċelebraw il-quddiesa fil-Knisja ta’ San Pawl Milqi għalhekk il-quddies kollu tat-Tlieta filgħaxija u l-Erbgħa jsir fil-knisja parrokkjali fil-ħinijiet tal-Ħdud (6.00am, 10.00am u 6.15pm).

Avviżi 10 ta’ Jannar 2021

Matul din il-ġimgħa terġa’ tibda l-katekeżi tat-tfal fil-parroċċa. Il-ġenituri jirċievu d-dettalji permezz ta’ email. Id-dettalji jkunu wkoll fuq il-paġna ta’ Facebook Footsteps Burmarrad. Infakkru fl-importanza tal-laqgħat ta’ katekeżi u b’mod speċjali tal-quddiesa tal-Ħadd. Dawk li għal xi raġuni serja ma jkunux jistgħu jattendu għandhom jiddiskutu d-diffikultà tagħhom ma’ Fr Allister li huwa responsabbli mill-katekeżi tat-tfal jew mal-Kappillan.

Wasalna biex niċċelebraw il-50 anniversarju mit-twaqqif tal-parroċċa tagħna. Il-programm sa jkun limitat għaċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi fil-knisja bejn is-Sibt 16 u t-Tnejn 18 ta’ Jannar. Meta tgħaddi l-pandemija u jkun il-waqt isiru attivitajiet soċjali li jgħinuna niċċelebraw dan l-anniversarju bħala familja parrokkjali. Nistednukom li tieħdu sehem f’dawn il-funzjonijiet u ħin ta’ adorazzjoni li sa jsiru fil-knisja.

Matul il-ġimgħa li ġejja sa jkollna fostna wkoll il-wirja tal-Mirakli Ewkaristiċi li kien ħejja l-Beatu Carlo Acutis, żagħżugħ ta’ 15-il sena li miet fl-2006.

Avviżi – 5 ta’ Lulju 2020

Nhar it-Tlieta 7 ta’ Lulju fis-7.30pm sa ssir l-Ewwel Qrara tat-tfal li sa jirċievu l-Ewwel Tqarbina.
Dakinhar ikun possibbli jqerru wkoll il-ġenituri u l-qraba.

Nhar il-Ħamis 9 ta’ Lulju wara l-quddiesa tas-7pm issir Adorazzjoni Ewkaristika fil-Knisja. Dakinhar nitolbu b’mod partikulari għal dawk li sa jirċievu l-Ewwel Tqarbina u l-familji tagħhom.

Nhar il-Ħadd 12 ta’ Lulju sa tkun iċċelebrata l-Ewwel Tqarbina tat-tfal fil-5pm. Minħabba n-numru limitat ta’ nies li jistgħu jidħlu fil-Knisja f’din il-quddiesa jieħdu sehem biss il-familji ta’ dawn it-tfal.
Fis-7pm issir quddiesa oħra bħas-soltu.

Nhar is-Sibt 1 ta’ Awwissu sa jsir il-pellegrinaġġ ta’ ringrazzjament lil Alla u talb lil Ommna Marija li din is-sena sa jsir fil-parroċċi kollha minflok il-festi. Dakinhar il-quddiesa tibda fis-6.30pm u wara toħroġ il-Vara tal-Qalb bla tebgħa ta’ Marija mat-toroq tal-parroċċa.
Dawk li jixtiequ jieħdu sehem f’dan il-pellegrinaġġ bħala reffiegħa, forċini u fratelli għandhom jinfurmaw lill-kappillan matul din il-ġimgħa. Għal din is-sena dawk kollha li jagħtu isimhom sa jkollhom iċ-ċans li jerfgħu. Din għandha tkun okkażjoni li tiġborna flimkien biex niċċelebraw il-fidi tagħna wara ż-żmien diffiċli li għaddejna minnu u għalhekk inħeġġukom biex inżommu d-data libera biex ikunu lkoll preżenti.

Patri Chris u Patri Allister jirringrazzjaw lil dawk kollha li wasslu l-awguri u t-talb tagħhom għalihom fil-jum tal-anniversarju tal-Ordinazzjoni Saċerdotali matul il-ġimgħa li għaddiet.