Mill-Ħadd 18 ta’ April 2021

Dawk il-persuni morda u anzjani li ma joħorġux minn djarhom u li ilhom aktar minn ħmistax-il jum li ħadu t-tieni doża tat-tilqima kontra l-Covid-19 jistgħu jerġgħu jibdew jitqarbnu fi djarhom. Għalhekk nitolbukom tinfurmawna jekk tafu b’xi ħadd li jixtieq jirċievi t-tqarbin u mistax joħroġ.

Għalkemm il-laqgħat ta’ katekeżi sa jibqgħu jsiru online sakemm jingħata avviż ieħor, inħeġġu lit-tfal kollha flimkien mal-familji tagħhom biex jieħdu sehem fil-quddiesa tal-Ħadd fl-10am. It-tfal għandhom iħallu isimhom mal-ushers ħdejn il-bieb tal-knisja biex tkun tista’ tinżamm l-attendenza.

Infakkru li m’għandniex ninġabru fi gruppi ta’ aktar minn żewġ persuni fuq iz-zuntier u li kif tispiċċa l-quddiesa min ma jkunx sa jibqa’ jitlob fis-skiet f’postu għandu joħroġ minnufih mill-Knisja.

Nirringrazzjaw lil dawk kollha li matul dan iż-żmien diffiċli kienu ta’ għajnuna u sostenn għall-parroċċa u l-komunità tal-patrijiet.

Avviżi 21 ta’ Frar 2021

Inkomplu l-mixja tar-Randan nhar it-Tlieta fis-6.45pm b’katekeżi fuq it-talba tal-Missierna, nhar il-Ħamis fis-6.45pm bid-devozzjoni Franġiskana tal-Corda Pia u nhar il-Ġimgħa fis-6.45pm bil-meditazzjoni fuq il-Kelma ta’ Alla. L-appuntamenti tat-Tlieta u l-Ġimgħa huma parti minn kors ta’ eżerċizzi tar-Randan li għaddej fil-parroċċa tagħna.

Kull nhar ta’ Ġimgħa l-Knisja tkun miftuħa bejn id-9am u nofsinhar għat-talb fis-skiet u nhar ta’ Sibt wara l-quddiesa ta’ filgħaxija ssir it-talba ta’ filgħaxija.

Il-Kummissjoni Festa qed tilqa’ ordnijiet għall-Kwareżimal. Dawk li jixtiequ jakkwistaw dan il-ħelu jkellmu lill-membri tal-Kummissjoni.

Matul il-ġimgħa li għaddiet il-parroċċa rċeviet xi donazzjonijiet għall-orgni li nxtara. S’issa nġabru €830. Dawk li jixtiequ jkollhom sehem f’dan il-proġett jistgħu jagħtu d-donazzjoni tagħhom lill-patrijiet jew f’envelop li fuqu jkun hemm miktub li hu għal dan il-għan.