Avviżi – 1 ta Awwissu 2021

It-Tnejn 2 ta’ Awwissu 2021 sa ssir l-Ordinazzjoni tad-Djakonat ta’ Patri Robert Calleja fil-Knisja tagħna. Inkomplu nitolbu għal aktar vokazzjonijiet għall-ħajja reliġjuża. Dawk li jixtiequ jattendu għall-quddiesa ta’ nhar it-Tnejn fis-7pm għandhom ikellmu lill-patrijiet sal-lum minħabba li l-ispazju huwa limitat ħafna u d-dħul huwa ristrett għal dawk li jkollhom bbukkjaw biss. Dawk li ma jilħqux post jistgħu jsegwu ċ-ċelebrazzjoni fuq il-paġna ta’ facebook.

Il-Ħamis 5 ta’ Awwissu ssir Adorazzjoni Ewkaristika fil-Knisja fis-7.30pm.

Avviżi – 25 ta’ Lulju 2021

It-Tnejn 26 ta’ Lulju 2021 sa ssir il-professjoni sempliċi ta’ fra Mauro Zammit fil-Knisja tagħna. Inkomplu nitolbu għal aktar vokazzjonijiet għall-ħajja reliġjuża. Dawk li jixtiequ jattendu għall-quddiesa ta’ nhar it-Tnejn fis-7pm għandhom ikellmu lill-patrijiet sal-lum minħabba li l-ispazju huwa limitat ħafna u d-dħul huwa ristrett għal dawk li jkollhom bbukkjaw biss. Dawk li ma jilħqux post jistgħu jsegwu ċ-ċelebrazzjoni fuq il-paġna ta’ facebook.

Il-Ħamis 29 ta’ Lulju, bi tħejjija għall-Ordinazzjoni Djakonali ta’ fra Robert Calleja sa ssir laqgħa qasira li fiha nifhmu aħjar il-ministeru u l-irwol tad-djaknu fil-knisja. Din il-laqgħa sa ssir fis-7.30pm fil-Knisja.

 

Avviżi – 18 ta’ Lulju 2021

  • Illum il-Knisja tfakkar Jum in-Nanniet. Nitolbu għan-nanniet biex il-Mulej ikompli jħarishom u jsaħħaħhom fis-sejħa tagħhom li jkunu xhieda tal-fidi għal uliedhom u ulied uliedhom.
  • Nilqgħu fostna lil Fra Robert Calleja u lil Fra Mauro Zammit li sa jkunu fil-komunità tagħna għal ftit taż-żmien. Fra Mauro sa jkun qiegħed jagħmel il-professjoni sempliċi u Fra Robert sa jirċievi l-Ordinazzjoni tad-djakonat. Dawn iż-żewġ ċelebrazzjonijiet sa jsiru fil-parroċċa tagħna fil-ġimgħat li ġejjin. Matul il-ġimgħatejn li ġejjin sa nkunu qed nitolbu b’mod speċjali għall-vokazzjonijiet reliġjużi u saċerdotali l-aktar permezz tar-rużarju li jingħad kuljum qabel il-quddies.
  • Il-Ħamis fis-7.30pm issir nofs siegħa Adorazzjoni Ewkaristika bi tħejjija għall-Professjoni Reliġjuża ta’ Fra Mauro Zammit.
  • Il-Ġimgħa fis-7.30pm sa ssir laqgħa qasira fil-Knisja li fiha tkun ippreżentata t-tifsira tal-Professjoni Reliġjuża. Nistiednu lil kulħadd biex ninġabru flimkien fil-knisja biex nifhmu aħjar il-mument li fih żagħżugħ ikun ikkonsagrat lil Alla bħala patri fil-ħajja reliġjuża.