Avviżi – 19 ta’ Settembru 2021

Illum tibda l-katekeżi tat-tfal permezz tal-quddiesa tal-10am. Id-dettalji kollha flimkien mal-materjal marbut mal-katekeżi jinsabu fuq il-paġna ta’ Facebook “Footsteps Burmarrad”.

Sa jsiru żewġ laqgħat għal-letturi u l-animaturi tal-kant fil-quddies tal-parroċċa tagħna. Dawn sa jsiru nhar it-Tnejn 20 ta’ Settembru fis-7.30pm u nhar il-Ħadd 26 ta’ Settembru fil-11.00am. Dawk li diġà jagħtu dan is-servizz u dawk li jixtiequ jibdew għandhom jiġu għal waħda minn dawn il-laqgħat li huma importanti biex wieħed ikun jista’ jagħti dan is-servizz fil-liturġija bl-aħjar mod possibbli.

Matul il-ġimgħa li ġejja l-patrijiet Franġiskani Konventwali sa jkunu qed jiċċelebraw il-Kapitlu Provinċjali biex jirriflettu fuq il-ħajja tagħhom u jagħrfu dak li l-Mulej qiegħed isejħilhom biex jagħmlu. Inżommu lill-patrijiet fit-talb tagħna.

Nirringrazzjaw lil Patri Robert Calleja għall-preżenza u s-servizz tiegħu fil-parroċċa matul is-sajf. Nitolbu għalih u nixtiequlu kull ġid huwa u jkompli l-istudju f’Ruma.

Avviżi – 12 ta’ Settembru 2021

Infakkru li matul ix-xahar ta’ Settembru, wara l-quddies tas-Sibt u l-Ħadd qed issir ir-reġistrazzjoni tat-tfal li sa jibdew jattendu għall-katekeżi fil-parroċċa. Għalkemm il-formola tista’ tinstab f’dan il-link u timtela’ minn qabel, xorta trid tkun iffirmata miż-żewġ ġenituri quddiem il-kappillan. Reġistrazzjoni għad-Duttrina

Minn nhar il-Ħadd li ġej 19 ta’ Settembru l-quddiesa tal-10am tal-Ħadd terġa’ tibda tkun bis-sehem tat-tfal li jattendu għall-katekeżi fil-parroċċa u l-familji tagħhom. Dakinhar niċċelebraw il-festa ta’ San Ġużepp ta’ Copertino il-patrun tal-istudenti. Nistiednu lit-tfal iġibu magħhom il-basket tal-iskola biex jitbierek.

Din il-quddiesa hija parti mill-programm ta’ katekeżi tat-tfal u għalhekk huma mistennija li jieħdu sehem fiha kull nhar ta’ Ħadd.

Sa jsiru żewġ laqgħat għal-letturi u l-animaturi tal-kant fil-quddies tal-parroċċa tagħna. Dawn sa jsiru nhar it-Tnejn 20 ta’ Settembru fis-7.30pm u nhar il-Ħadd 26 ta’ Settembru fil-11.00am. Dawk li diġà jagħtu dan is-servizz u dawk li jixtiequ jibdew għandhom jiġu għal waħda minn dawn il-laqgħat li huma importanti biex wieħed ikun jista’ jagħti dan is-servizz fil-liturġija bl-aħjar mod possibbli.

Il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kummissjoni Festa (VO/1722) sa ssir nhar it-Tnejn 27 ta’ Settembru fit-8pm. Dawk li jixtiequ jingħaqdu ma’ din il-kummissjoni, jew li diġà kienu membri u jixtiequ jibqgħu, għandhom jinfurmaw lill-kappillan sal-Ħadd 26 ta’ Settembru.

Dawk li jixtiequ jibbukkjaw xi quddies b’suffraġju għall-mejtin matul is-sena 2022 jistgħu jagħmlu dan fis-sagristija. Tajjeb li naħsbu minn qabel. Min jixtieq aktar informazzjoni dwar dan jista’ jara d-dettalji fin-noticeboard tal-knisja.

Avviżi – 29 ta’ Awwissu 2021

Matul ix-xahar ta’ Settembru, wara l-quddies tas-Sibt u l-Ħadd issir ir-reġistrazzjoni tat-tfal li sa jibdew jattendu għall-katekeżi fil-parroċċa. It-tfal li mhumiex mgħammdin fil-parroċċa jkunu jeħtieġu ċertifikat reċenti tal-magħmudija. Dawk li kienu diġà rreġistrati fis-snin ta’ qabel m’għandhomx bżonn jerġgħu jinkitbu u sa jirċievu imejl bid-dettalji fil-jiem li ġejjin.

Infakkru li l-parteċipizzjoni fiż-żewġ laqgħat ta’ kull ġimgħa hija obbligatorja għat-tfal tas-snin kollha.​