Avviżi – 20 ta’ Frar 2022

Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Frar issir Lectio Divina fuq is-silta tal-Evanġelju tal-Ħadd fis-6.45pm.

Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Frar issir laqgħa ta’ diskussjoni miftuħa għal kulħadd fid-Dar Parrokkjali fid-9.00am.

L-Adorazzjoni Ewkaristika għal din il-ġimgħa biss sa ssir nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Frar u sa tkun animata miż-żgħażagħ tal-parroċċa.

Nhar is-Sibt 5 ta’ Marzu sa jsir Irtir bi tħejjija għar-Randan flimkien mal-parroċċi ta’ San Pawl il-Baħar u l-Qawra bejn id-9.30am u nofsinhar. Dawk li sa jiġu għandhom iħallu isimhom fis-sagristija sat-2 ta’ Marzu.

Nhar is-Sibt 5 ta’ Marzu filgħaxija l-Kummissjoni Festa sa torganizza Food Delivery b’risq il-Festa. Booking għand il-membri tal-Kummisjoni jew fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Festa.

Avviżi – 6 ta’ Frar 2022

Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Frar issir Lectio Divina fis-7pm.

Nhar il-Ħamis 10 ta’ Frar, Festa ta’ San Pawl, il-quddies ikun bħal tal-Ħadd fis-6.00am, fl-10.00am u fis-6.15pm.

Minn nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Frar sal-Ħadd 13 ta’ Frar sa jkollna fostna x-xbieha tal-Madonna tas-Saħħa mis-Santwarju tar-Rabat. Il-Ġimgħa fis-5.45pm nitolbu r-rużarju quddiem ix-xbieha tal-Ommna Marija fit-tifkira tal-ewwel dehra tal-Madonna f’Lourdes.

Infakkru lill-Operaturi Pastorali biex jirreġistraw fuq knisja.mt/registrazzjoni.

Il-Kummissjoni Festa qed tbigħ ħelu b’risq il-Festa. Min jixtieq jista’ jordna mingħand il-membri tal-Kummissjoni.

Avviżi – 30 ta’ Jannar 2022

Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Frar niċċelebraw il-Festa tal-Preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-tempju (il-Gandlora). Fil-quddiesa tas-6.15pm nirċievu x-xemgħa mbierka bħala simbolu ta’ Ġesù d-dawl tagħna. Dakinhar il-Lectio Divina tibda fis-7pm.

Dawk kollha li jagħtu xi servizz b’mod regolari fil-parroċċa (katekisti, letturi, animaturi, membri ta’ kunsilli u kummissjonijiet, xogħol amministrattiv, għajnuna fit-tindif u manutenzjoni, eċċ) huma mitluba jimlew il-formola ta’ reġistrazzjoni bħala operaturi pastorali li jsibu fuq: parrocci.knisja.mt/registrazzjoni. Għandhom jimlew din il-formola anki dawk li diġà mlew oħra simili fil-passat minħabba li dawk tal-passat ikunu skadew. Dawk li jsibu xi diffikultà jistgħu jimlewha bl-għajnuna tal-patrijiet fis-sagristija wara l-quddiesa.

Dawk li huma interessati li jieħdu sehem fid-dramm tal-passjoni għandhom jimlew il-formola online li tinsab f’dan il-link:

Formola Parteċipazzjoni Dramm tal-Passjoni 2022

Il-membri tal-Leġjun ta’ Marija qed jilqgħu abbonamenti fil-ktejjeb “Kliem il-Ħajja” li jkun fih riflessjonijiet fuq siltiet mill-Bibbja għal kuljum.