Avviżi 20 ta’ Jannar 2019

AVVIŻI

20 ta’ Jannar 2019

 

Bejn it-18 u l-25 ta’ Jannar nitolbu b’mod speċjali għall-għaqda bejn l-insara. Nhar il-Ħamis 24 ta’ Jannar l-adorazzjoni Ewkaristika wara l-quddiesa ts-6.15pm tkun b’din l-intenzjoni.

 

Bejn il-Ġimgħa 25 u l-Ħadd 27 ta’ Jannar ikollna jiem ta’ Kwaranturi (Ġranet ta’ Adorazzjoni Ewkaristika) fil-Knisja. Wara l-quddies ta’ filgħodu jkun espost Ġesù Sagramentat u tibqa’ għaddejja l-adorazzjoni sa qabel il-quddiesa ta’ filgħaxija. Tkun ħaġa sabiħa li lkoll insibu ftit ħin biex ngħadduh fil-preżenza ta’ Ġesù.

Avviżi 6 ta’ Jannar 2019

Minn nhar it-Tlieta 8 ta’ Jannar jerġgħu jibdew il-laqgħat ta’ katekeżi għat-tfal fil-5pm. Inħeġġu lill-ġenituri jieħdu ħsieb li uliedhom jieħdu sehem fil-laqgħat u l-attivitajiet li jsiru u fil-quddiesa ta’ kull nhar ta’ Ħadd.
Nhar is-Sibt 12 ta’ Jannar sa jintwera film fid-Dar Parrokkjali fis-7pm. Wara jkun hemm diskussjoni qasira u xi ħaġa tal-ikel. Kulħadd mistieden.

Avviżi – 30-12-2018

Illum l-aħħar Ħadd tax-xahar issir il-ġabra speċjali għall-parroċċa.

Nhar it-Tnejn 31 ta’ Diċembru, l-aħħar jum tas-sena. Fis-6.15pm issir quddiesa ta’ Ringrazzjament lil Alla bil-kant tad-Te Deum. Il-ġabra li ssir f’din il-quddiesa tingħata lid-Dar tal-Providenza.

Nhar it-Tlieta 1 ta’ Jannar, niċċelebraw il-Festa ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi. Dan hu jum ta’ Festa Kmandata għalhekk il-quddies ikun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd.

Il-Kappillan, il-komunità tal-patrijiet u l-Kunsill Pastorali Parrokkjali jawguraw sena fis-sliem u l-ġid tal-Mulej lill-parruċċani kollha u lil dawk li jiffrekwentaw il-parroċċa tagħna.

Avviżi – 23-12-2018

Ħarġa għat-Tfal

Il-Ġimgħa, 28 ta’ Diċembru 2018 – Ikkuntattja lill-Kappillan biex tirriserva post.

Ġbir għal dawk fil-Bżonn

Fil-qfief ta’ taħt is-siġra tal-Milied jinġabru oġġetti tal-ikel għal nies fil-bżonn. Hekk inkomplu naqsmu mill-ġid li l-Mulej provdielna ma’ ħutna.