Avviżi 3 ta’ Frar 2019

AVVIŻI

03 ta’ Frar 2019

 

Nhar is-Sibt 9 ta’ Frar ikun hemm Cineforum fid-Dar Parrokkjali fis-7.15pm. Jintwera film, issir diskussjoni qasira u wara jkun hemm xi ħaġa tal-ikel għal kulħadd.

Nhar il-Ħadd 10 ta’ Frar niċċelebraw in-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta. Fl-10am issir quddiesa fil-Knisja ta’ San Pawl Milqi. Il-quddiesa tat-8.30am fil-Knisja Parrokkjali ma ssirx.

 

Matul il-jiem li ġejjin sa jkunu qegħdin jintlaqgħu l-applikazzjoni għad-dħul tat-tfal fl-iskejjel tal-knisja. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit knisja.mt.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *