Avviżi – 7 ta’ Ġunju 2022

F’dan il-jum li fih niċċelebraw id-don tal-Ispirtu s-Santu lill-Knisja nitolbu b’mod speċjali għal 12-il persuna li sa jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fil-parroċċa tagħna.

Nhar l-Erbgħa ssir Lectio Divina fuq is-Silta tal-Evanġelju tal-Ħadd fis-7.30pm

Nhar il-Ħamis 9 ta’ Ġunju fl-4.15pm sa jsir il-funeral ta’ Giuditta Gauci. Bħala soċja tal-MUSEUM, Giuditta ddedikat il-ħajja twila tagħha għat-tagħlim tat-tfal ta’ Burmarrad. Dakinhar il-quddiesa tas-7.00pm ma ssirx.

Nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju sa ssir tindifa ġenerali tal-Knisja bi tħejjija għall-Festa Titulari mit-8.00am ’il quddiem. Kull għajnuna hija apprezzata ħafna.

Dawk li jixtiequ joffru bukkett fjuri jew donazzjoni għall-fjuri biex tiżżejjen il-Knisja fi żmien il-Festa għandhom jagħmlu dan fis-sagristija. Dawk li jixtiequ jagħtu donazzjoni għall-ispejjeż tal-Festa fil-Knisja jistgħu jieħdu envelop minn ħdejn il-bibien tal-Knisja.

(Fil-quddiesa tal-10.00am) – Minħabba li riesaq is-sajf u s-sħana qed iżżid qed naħsbu jekk din il-quddiesa għandhiex issir aktar kmieni matul Lulju u Awwissu. Nitolbukom tesprimu l-opinjoni tagħkom billi timlew kwestjonarju qasir ħafna qabel ma toħorġu mill-Knisja.

Avviżi – 22 ta’ Mejju 2022

It-Tnejn, 23 ta’ Mejju sa ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li sa jirċievu l-Ewwel Tqarbina fis-6.00pm fiċ-Ċentru Parrokkjali.

It-Tlieta, l-membri tal-Leġjun ta’ Marija sa jkunu qed jitolbu r-rużarju fil-kjostru tal-kunvent kull nhar ta’ Tlieta fis-6.30pm.

L-Erbgħa, ssir Lectio Divina fuq is-Silta tal-Evanġelju tal-Ħadd fis-7.30pm

Il-Ħamis, issir Adorazzjoni Ewkarisika fis-7.30pm.

Is-Sibt, 28 ta’ Mejju sa tkun iċċelebrata l-Ewwel Qrara tat-tfal fil-5.00pm fil-Knisja.

Il-Kumissjoni Festa sa torganizza Pasta Night b’riżq il-Festa nhar is-Sibt 28 ta’ Mejju 2022. Booking għand il-membri tal-Kummissjoni.

Bħalissa għaddej it-tberik tal-familji. Dawk li sal-aħħar ta’ dan ix-xahar ma jkunux irċevew nota bid-data tat-tberik u jkunu jixtiequ, jistgħu jagħmlu appuntament mal-patrijiet direttament.

Avviżi – 15 ta’ Mejju 2022

Matul ix-xahar ta’ Mejju, il-membri tal-Leġjun ta’ Marija sa jkunu qed jitolbu r-rużarju fil-kjostru tal-kunvent kull nhar ta’ Tlieta fis-6.30pm. Kulħadd mistieden.

Nhar l-Erbgħa ssir Lectio Divina fuq is-Silta tal-Evanġelju tal-Ħadd fis-7.30pm

Nhar il-Ħamis issir Adorazzjoni Ewkarisika fis-7.30pm.

Dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-Festa bħala reffiegħa, forċini jew fratelli għandhom iħallu isimhom fis-sagristija.

Il-Kumissjoni Festa sa torganizza Pasta Night b’riżq il-Festa nhar is-Sibt 28 ta’ Mejju 2022. Booking għand il-membri tal-Kummissjoni.

 

Bħalissa għaddej it-tberik tal-familji. Dawk li sal-aħħar ta’ dan ix-xahar ma jkunux irċevew nota bid-data tat-tberik u jkunu jixtiequ, jistgħu jagħmlu appuntament mal-patrijiet direttament.