Avviżi – 20 ta’ Awwissu 2023

Nhar it-Tnejn 21 ta’ Awwissu sa ssir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li jattendu għall-katekeżi fil-parroċċa tagħna fis-7.30pm fil-Knisja. Il-ġenituri diġà rċevew id-dettalji permezz ta’ imejl. Dawk il-ġenituri li għandhom tfal li sa jibdew l-iskola primarja jew li għadhom qatt ma rreġistraw lil uliedhom għall-katekeżi huma mistiedna jagħmlu dan nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej wara l-quddiesa fis-sagristija. Infakkru li biex issir ir-reġistrazzjoni għandhom jiġu ż-żewġ ġenituri. Fil-każ ta’ tfal li ma tgħammdux f’din il-parroċċa jkun meħtieġ ċertifikat reċenti tal-magħmudija.

 Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Awwissu issir il-Lectio Divina fis-7.30pm.

Nhar il-Ħamis 24 ta’ Awwissu issir Adorazzjoni Ewkaristika fis-7.30pm.

Nhar il-Ħadd 27 ta’ Awwissu fra Michael Grech, mill-parroċċa tagħna, sa jagħmel il-Professjoni Solenni fl-Ordni tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali. Din sa ssir fil-Knisja tagħna fis-7.00pm.

Sa ssir Velja ta’ talb bi tħejjija fil-Knisja Parrokkjali tal-Qawra nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Awwissu fis-7.00pm.

Avviżi – 13 ta’ Awwissu 2023

Nhar it-Tnejn, 14 ta’ Awwissu hija l-Festa ta’ San Massimiljan Kolbe. Dawk li
jixtiequ jsiru jafu aktar dwaru jistgħu jieħdu fuljett bil-ħajja tiegħu fil-qosor minn ħdejn
il-bibien tal-Knisja. Flimkien mal-ħajja ta’ San Massimiljan issibu wkoll fuljett bil-ħajja
ta’ Santa Klara ta’ Assisi.

Nhar it-Tlieta, 15 ta’ Awwissu niċċelebraw is-Solennità tat-Tlugħ fis-sema ta’ Sidtna
Marija (Santa Marija). Il-ħin tal-quddies ikun bħal tal-Ħadd fis-6.00am, fl-10.00am u
fis-7.00pm.
It-Tnejn filgħaxija ssir il-quddiesa tal-Vġili.
Din hija Festa kkmandata u għalhekk hemm l-obbligu tal-parteċipazzjoni fil-quddiesa.

Nhar l-Erbgħa, 16 ta’ Awwissu issir il-Lectio Divina fis-7.30pm.

Nhar il-Ħamis, 17 ta’ Awwissu issir Adorazzjoni Ewkaristika fis-7.30pm.

Avviżi – Is 6 ta’ Awwissu 2023

Nhar it-Tlieta 8 ta’ Awwissu jkun hawn quddiesa filgħodu biss. Il-Knisja filgħaxija ma tiftaħx.

Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Awwissu sa ssir quddiesa b’talb ta’ ħelsien fis-6.30pm. Din tkun organizzata mill-Kummissjoni Djoċesana kontra l-Okkult u s-Sataniżmu.

 

Nhar il-Ħamis 10 ta’ Awwissu ssir Adorazzjoni Ewkaristika fis-7.30pm. Matul din il-ġimgħa l-Papa Franġisk ħeġġeġ liż-żgħażagħ miġbura fil-Portugal biex nerġgħu niskopru aktar l-importanza tat-talb ta’ Adorazzjoni fil-ħajja nisranija tagħna.

Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Awwissu niċċelebraw il-Festa ta’ Santa Klara ta’ Assisi.