Avviżi – 17 ta’ Marzu 2024

It-Tnejn, 18 ta’ Marzu -lejlet festa pubblika – sa ssir laqgħa ta’ Eżerċizzi Spiritwali għal kulħadd f’forma ta’ seminar immexxi mis-Sur Mario Muscat SDC fis-7.30pm fid-Dar Parrokkjali. Ikun hemm ħin ta’ riflessjoni u wara nieklu xi ħaġa flimkien. Ikun hemm laqgħa għat-tfal ukoll.

It-Tlieta, 19 ta’ Marzu niċċelebraw is-Solennità ta’ San Ġużepp. Il-quddies fil-Knisja tagħna jkun fil-5.30am u fis-6.15pm.

L-Erbgħa, 20 ta’ Marzu tkompli l-mixja ta’ smigħ tal-Kelma ta’ Alla fil-Lectio Divina li ssir fis-6.45pm.

Il-Ħamis, 21 ta’ Marzu fis-6.45pm issir Adorazzjoni Ewkaristika fil-Knisja.

Il-Ġimgħa, 22 ta’ Marzu festa devozzjonali tal-Imqaddsa Verġni Marija tad-Duluri. Quddies fil-5.30am, f’nofsinhar u fis-6.15pm. Fis-7.00pm tibda purċissjoni bl-istatwa tad-Duluri li tgħaddi minn dawn it-toroq: Burmarrad, San Pawl Milqi, Magħsar u Burmarrad.

Il-Ħadd, 24 ta’ Marzu – Ħadd il-Palm, fl-10.00am infakkru d-daħla ta’ Ġesù f’Ġerusalemm. Iċ-ċelebrazzjoni tibda mill-ġnien tal-kunvent u tkompli bil-quddiesa fil-Knisja.

  • Inħeġġukom biex inħallu l-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa liberi biex bħala nsara niċċelebraw din l-akbar ġrajja flimkien fil-Knisja.
  • Sabiex fil-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka ssir mixegħla bix-xemgħat fuq iz-zuntier, l-abbatini qed ibiegħu ix-xemgħat wara kull quddiesa. Sa jintużaw biss dawk li jbiegħu l-abbatini biex ikunu kollha l-istess.
  • Ħdejn il-bieb tal-Knisja ssibu envelopes li fihom tistgħu tpoġġu l-għotja ta’ karità ta’ dan ir-Randan għall-ikel li l-Kċina ta’ Marta tipprovdi lil nies fil-bżonn f’Malta. Dan tistgħu ġġibuhom magħkom il-Knisja fil-ġimgħat li ġejjin. Flus kontanti m’għandhomx jitħallew fil-kaxxa tal-ittri tal-kunvent jew tal-Uffiċċju Parrokkjali.
  • Il-Kummissjoni Festa qed tilqa’ l-ordinijiet tal-figolli b’riżq il-Festa. Booking għand il-membri tal-Kummissjoni jew fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Festa.

It-Tnjen, 1 ta’ April 2024 – Ġita għall-Għawdex

Avviżi 31 ta’ Diċembru 2023

Fil-quddiesa tal-Ħadd 31 ta’ Diċembru fis-6.15pm jitkanta l-innu Te Deum bħala tifħir u ringrazzjament lil Alla għas-sena li għaddiet.

Nhar it-Tnejn 1 ta’ Jannar niċċelebraw il-Festa ta’ Sidtna Marija Omm Alla. Il-quddies ikun bħall-Ħadd (fis-6.00am, fl-10.00am u fis-6.15pm). F’dan il-jum l-Insara għandhom l-obbigu li jieħdu sehem fil-quddiesa.

Il-ġbir fil-quddies tal-1 ta’ Jannar ikun għad-Dar tal-Providenza

Nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Jannar filgħodu sa ssir ħarġa għat-tfal tal-parroċċa. Dawk li jixtiequ jiġu għandhom iħallu isimhom fis-sagristija sa nhar it-Tlieta.

Nhar il-Ħadd 7 ta’ Jannar niċċelebraw l-Epifanija tal-Mulej.

Avviżi – 24 ta’ Settembru 2023

Minn nhar it-Tnejn 25 ta’ Settembru l-quddiesa ta’ filgħaxija tibda tkun kuljum fis-6.15pm.

Nhar l-Erbgħa 27 ta’ Settembru ssir il-Lectio Divina fis-6.45pm.

Nhar il-Ħamis 28 ta’ Settembru issir Adorazzjoni Ewkaristika fis-6.45pm.

Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru niċċelebraw il-Festa tal-Arkanġli Mikiel, Gabrijel u Rafel. Jekk it-temp jippermetti l-quddiesa tas-6.15pm issir fil-Knisja ta’ San Mikiel l-Imdawra. Jekk ikun il-maltemp il-quddiesa ssir fil-Knisja Parrokkjali.

Nhar is-Sibt 30 ta’ Settembru u l-Ħadd 1 ta’ Ottubru nkunu qed niċċelebraw il-Festa ta’ San Franġisk ta’ Assisi fil-Parroċċa tagħna:

Is-Sibt filgħaxija fis-6.15pm niċċelebraw it-Transtu (it-tifkira tal-mewt u tad-dħul ta’ S. Franġisk fis-sema)

Il-Ħadd fl-10.00am niċċelebraw il-quddiesa tal-Festa flimkien mat-tfal tal-Parroċċa.
Fil-11.30am isir it-tberik tal-annimali fuq iz-zuntier (ikun hemm ħin biżżejjed biex wara l-quddiesa, dawk li jixtiequ jilħqu jġibu l-annimali tagħhom).

Wasal iż-żmien biex issir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kummissjoni Festa tal-Parroċċa tagħna. Dawk li jixtiequ jikkollaboraw mal-kappillan fl-organizzazzjoni tal-Festi li tagħmel il-Parroċċa tagħna – kemm dawk li diġà kienu membri u oħrajn li jixtiequ jissieħbu – għandhom ikellmu personalment lill-Kappillan sal-aħħar ta’ Settembru. Min jixtieq ikun jaf x’inhuma r-rekwiżiti biex jissieħeb f’din il-Kummissjoni u x’inhuma d-drittijiet tagħha jista’ jitlob kopja tal-istatuti mis-sagristija.