Avviżi – 1 ta’ Mejju 2022

Matul ix-xahar ta’ Mejju il-membri tal-Leġjun ta’ Marija sa jkunu qed jitolbu r-rużarju fil-kjostru tal-kunvent kull nhar ta’ Tlieta fis-6.30pm. Kulħadd mistieden.

Nhar l-Erbgħa 4 ta’ Mejju ssir Lectio Divina fuq is-Silta tal-Evanġelju tal-Ħadd fis-7.30pm

Nhar il-Ħamis 5 ta’ Mejju ssir Adorazzjoni Ewkarisika fis-7.30pm.

Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Mejju sa ssir laqgħa għall-ġenituri ta’ dawk li sa jirċievu s-Sagrament tal-Griżma. Din il-laqgħa sa ssir fil-Knisja fis-6.00pm. Dakinhar ir-rużarju jkun fil-kjostru tal-kunvent.

Nhar il-Ħadd 8 ta’ Mejju huwa jum l-omm u l-Knisja tiċċelebra wkoll jum il-vokazzjonijiet. Dakinhar sa jsiru għadd ta’ attivitajiet għall-familja kollha mill-10.00am ’il quddiem. Hija Ġurnata speċjali li fiha niltaqgħu biex naqsmu ħajjitna flimkien. F’ambjent sabiħ ta’ familja niskopru aktar dwar xulxin u nifhmu aħjar il-vokazzjonijiet differenti fi ħdan il-komunità nisranija. (Ara l-programm)

Tkun apprezzata kull għajnuna fil-preparazzjoni ta’ din l-attività nhar il-Ġimgħa u s-Sibt. Dawk li jistgħu joffru ftit ħin jinfurmaw lill-patrijiet.

Avviżi – 3 ta’ April 2022

Nhar it-Tlieta 5 ta’ April fis-7.00pm niċċelebraw il-ħniena ta’ Alla permezz ta’ Ċelebrazzjoni Penitenzjali u l-qrar. 

Nhar l-Erbgħa 6 ta’ April fis-7.30pm inkomplu l-mixja tar-Randan permezz tas-smigħ tal-Kelma fil-Lectio Divina fuq l-Evanġelju tal-Ħadd.

Nhar il-Ħamis 7 ta’ April fis-7.30pm issir Ċelebrazzjoni tal-Qima tal-Wiċċ ta’ Kristu.

Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ April issir il-festa devozzjonali tal-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri. Il-quddies ikun fil-5.30am, f’nofsinhar u fis-7.00pm. Wara l-quddiesa tas-7.30pm nitolbu r-rużarju flimkien f’Ċelebrazzjoni Marjana li sa ssir fil-Knisja. (Il-pellegrinaġġ bl-istatwa tad-Duluri jsir fit-13 ta’ April).

Nhar il-Ħadd 10 ta’ April tibda l-Ġimgħa Mqaddsa li fiha ngħixu l-ġrajja tal-Passjoni, l-Mewt u l-Qawmien mill-Mewt ta’ Ġesù. Din hija l-aktar ġimgħa għażiża għalina l-insara u għalhekk xieraq li ma nħallu l-ebda impenn ieħor itellifna milli niċċelebrawha flimkien bħala komunità nisranija. F’Ħadd il-Palm fid-9.45am ninġabru fil-ġnien tal-kunvent fejn issir it-tifkira tad-dħul ta’ Ġesù f’Ġerusalemm u t-tberik tal-friegħi.

Dawk li jixtiequ jordnaw xi figolli jistgħu ikellmu lill-membri tal-Kummissjoni Festa sal-lum.

Qed issir Lotterija b’risq il-parroċċa b’rigali marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa. Tistgħu tiksbu l-biljetti minn fuq iz-zuntier wara l-quddies.

Avviżi – 20 ta’ Marzu 2022

Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Marzu fis-6.45pm inkomplu l-mixja tar-Randan permezz tas-smigħ tal-Kelma fil-Lectio Divina fuq l-Evanġelju tal-Ħadd.

Nhar il-Ħamis 24 ta’ Marzu fis-6.45pm issir Adorazzjoni tas-Salib.

Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Marzu it-tfal kollha sa jitolbu l-Via Sagra fil-5.00pm fil-Knisja minflok il-laqgħa ta’ katekeżi

Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Marzu, Festa tat-Tħabbira tal-Mulej – il-Lunzjata, fis-6.45pm issir it-Talba tar-Rużarju fil-kjostru tal-kunvent.

Matul ir-Randan il-Knisja tkun miftuħa kuljum bejn il-5.00am u s-7.30am u bejn is-5.45pm u s-7.00pm. Nhar ta’ Ġimgħa tkun miftuħa wkoll bejn id-9.00am u l-11.00am. Nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa fil-5.00am u fis-5.45pm issir il-Via Sagra.

Minn nhar il-Ħadd 27 ta’ Marzu il-quddiesa ta’ filgħaxija tkun kuljum fis-7.00pm.

Dawk li għadhom jixtiequ jibbukkjaw għall-quddiesa tal-Papa Franġisku fit-3 ta’ April fl-10.15am jistgħu jagħmlu dan fuq: https://papafrangisku.mt/quddiesa.