Fil-jiem li ġejjin il-Knisja sa tkun miftuħa bejn il-5 u s-6am u bejn il-5.30pm u s-6.45pm għat-talb personali. Ma jkunx hemm Quddies jew talb ieħor komunitarju.
Il-komunità tal-patrijiet, miġbura fit-talb għall-komunità parrokkjali kollha, sa tkun qed tiċċelebra l-quddiesa b’mod privat u tkun trasmessa fuq din il-paġna Parroċċa Burmarrad ta’ facebook fil-5pm.
 
Il-katekeżi tat-tfal u l-attivitajiet l-oħra kollha tal-parroċċa huma sospiżi b’effett immedjat.
 
Nitolbu lill-Mulej iberikna u jalla dan iż-żmien tar-Randan li fih aħna mitluba niċċaħħdu mir-ritmu tal-ħajja ta’ kuljum ixennaqna aktar għall-imħabba ta’ Ġesù li jgħix għal dejjem.
 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *