Il-Ħadd, 7 ta’ Novembru 2021, fl-4.00pm issir quddiesa fiċ-ċimiterju. F’każ ta’ maltemp il-quddiesa ssir fil-Knisja ta’ San Pawl il-Baħar. Fil-parroċċa tagħna l-quddies ikun fil-ħin tas-soltu.

Matul ix-xahar ta’ Novembru il-quddiesa tal-Ġimgħa filgħaxija tkun b’suffraġju għall-mejtin li tistgħu tħallu isimhom fuq il-formola li ssibu ħdejn il-bieb tal-Knisja.

Mis-7 ta’ Novembru reġa’ beda jkun stampat il-fuljett Jum il-Mulej. Tistgħu tieħdu kopja minn ħdejn il-bieb tal-Knisja bħala għajnuna għar-riflessjoni fuq il-Kelma ta’ Alla fi djarna.

Nistiednu t-tfal u żgħażagħ jingħaqdu mal-kor li sa jkun iffurmat biex ikanta fil-festi tal-Milied. Biex ikun aktar faċli jieħdu sehem il-provi sa jsiru għal ftit ħin wara l-quddiesa tal-10.00am ta’ nhar ta’ Ħadd.

(Fil-quddiesa tal-10am tal-Ħadd: Niċċelebraw id-don tal-ħajja ta’ dawk li jagħlqu sninhom fix-xahar ta’ Novembru)

Il-Kummissjoni Festa sa torganizza Burger Delivery fl-20 ta’ Novembru 2021 b’risq il-Festa. Għandu jsir il-booking minn qabel mal-membri tal-Kummissjoni.