Nhar it-Tlieta 5 ta’ April fis-7.00pm niċċelebraw il-ħniena ta’ Alla permezz ta’ Ċelebrazzjoni Penitenzjali u l-qrar. 

Nhar l-Erbgħa 6 ta’ April fis-7.30pm inkomplu l-mixja tar-Randan permezz tas-smigħ tal-Kelma fil-Lectio Divina fuq l-Evanġelju tal-Ħadd.

Nhar il-Ħamis 7 ta’ April fis-7.30pm issir Ċelebrazzjoni tal-Qima tal-Wiċċ ta’ Kristu.

Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ April issir il-festa devozzjonali tal-Verġni Mqaddsa Marija tad-Duluri. Il-quddies ikun fil-5.30am, f’nofsinhar u fis-7.00pm. Wara l-quddiesa tas-7.30pm nitolbu r-rużarju flimkien f’Ċelebrazzjoni Marjana li sa ssir fil-Knisja. (Il-pellegrinaġġ bl-istatwa tad-Duluri jsir fit-13 ta’ April).

Nhar il-Ħadd 10 ta’ April tibda l-Ġimgħa Mqaddsa li fiha ngħixu l-ġrajja tal-Passjoni, l-Mewt u l-Qawmien mill-Mewt ta’ Ġesù. Din hija l-aktar ġimgħa għażiża għalina l-insara u għalhekk xieraq li ma nħallu l-ebda impenn ieħor itellifna milli niċċelebrawha flimkien bħala komunità nisranija. F’Ħadd il-Palm fid-9.45am ninġabru fil-ġnien tal-kunvent fejn issir it-tifkira tad-dħul ta’ Ġesù f’Ġerusalemm u t-tberik tal-friegħi.

Dawk li jixtiequ jordnaw xi figolli jistgħu ikellmu lill-membri tal-Kummissjoni Festa sal-lum.

Qed issir Lotterija b’risq il-parroċċa b’rigali marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa. Tistgħu tiksbu l-biljetti minn fuq iz-zuntier wara l-quddies.