It-Tnejn 27 ta’ Settembru l-quddiesa ta’ filgħaxija tibda tkun kuljum fis-6.15pm.

It-Tnejn 27 ta’ Settembru ssir il-laqgħa ġenerali annwali tal-Kummissjoni Festa fit-8pm. Dawk li jixtiequ jkunu f’din il-kummissjoni għandhom ikellmu lill-kappillan sal-lum.

Is-Sibt 2 u l-Ħadd 3 ta’ Ottubru sa niċċelebraw il-Festa ta’ San Franġisk ta’ Assisi fil-parroċċa tagħna. Is-Sibt fis-6.15pm issir it-tifkira tad-dħul ta’ San Franġisk fis-sema biċ-ċelebrazzjoni tat-Transtu u l-Quddiesa. Il-Ħadd 3 ta’ Ottubru fl-10am ssir quddiesa Solenni bis-sehem tat-tfal u l-familji tagħhom.