It-Tlieta 24 ta’ Awwissu sa ssir quddiesa għat-tfal fis-7pm. Wara jkun hemm logħob organizzat miż-żgħażagħ tal-parroċċa. Dan sa jsir fil-bitħa tal-kunvent skont il-miżuri għall-ħarsien tas-saħħa. Inħeġġu lit-tfal jieħdu sehem.

Il-Ħamis 26 ta’ Awwissu ssir Adorazzjoni Ewkaristika fis-7.30pm bit-tema “Sabiħ tagħti ħajtek” bis-sehem taż-żgħażagħ li bħalissa qed jagħmlu esperjenza ta’ summer camp flimkien.

Il-Ġimgħa 27 ta’ Awwissu fis-7.30pm sa ssir laqgħa fil-Knisja bit-tema “Il-valur tal-ħajja umana”. Tkun ħaġa sabiħa li flimkien nirriflettu dwar is-sbuħija u l-qdusija tal-ħajja ta’ kull bniedem.